Żvelat it-tieni skandlu li fih hemm implikata l-mara ta’ Clayton Bartolo dan hekk kif din id-darba ġiet implikata fi skandlu ta’ tixħim b’rabta ma’ reklamar mill-MTA li jlaħħaq mal-€50,000.
Dan ġie żvelat f’artiklu tat-Times of Malta u jidher li dawn il-pagamenti suspettużi wasslu f’investigazzjoni mill-FIAU. Intqal ukoll li dawn il-pagamenti ngħataw lil Amanda Muscat fuq perjodu ta’ madwar sitt xhur. L-investigazzjoni tal-FIAU implikat lill-mara ta’ Clayton Bartolo ma’ kumpanija li ħadmet maċ-ċiklist Taljan Valerio Agnoli fl-2023.
Il-mara ta’ Clayton Bartolo ngħatat dan l-impjieg madwar sena u nofs wara li ġiet terminata minn konsulenta fil-Ministeru ta’ Clint Camilleri – konsulenza fantażma li swiet lill-poplu Malti u Għawdxi madwar €70,000.
//= $special ?>