Illum, il-mara ta’ Clayton Bartolo ħallset b’ċekk €16,407.72 mill-flus ta’ konsulenza li hi daħħlet fil-but. Dan meta qatt ma tat ebda konsulenza lill-Ministeru għal Għawdex.
Fil-komunikat tagħha lill-Kumitat tal-Istandards, Amanda Muscat insistiet li hi “innoċenti” u li l-flus ħalsithom biss għax – skont hi – għandha rispett lejn l-istituzzjonijiet.
Il-kalkolu tal-mara ta’ Amanda Muscat ifisser li hi kienet qed titħallas €51,592.28 bħala Assistenta Personali tar-raġel tagħha.
//= $special ?>