Il-Prim Ministru Robert Abela żied it-turiżmu mar-responsabbiltajiet tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg.
Il-Gvern ħabbar illi s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield se jibqa’ jkollu l-istess responsabbiltajiet iżda se jingħaqad mal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika mmexxi mill-Ministru Miriam Dalli.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici se jassumi r-responsabbiltà tal-industrija tal-films.
//= $special ?>