Il-Partit populista li qed imexxi l-Gvern tal-Ġorġja innomina lill-eks-plejer tal-futol internazzjonali Mikheil Kavelashvili – illum politiku estremista tal-lemin – bħala l-kandidat tiegħu għall-Presidenza tal-pajjiż. Dan wara li l-Partit tal-Ħolma Ġorġjana, li jiffavorirxxi lir-Russja, kien rebaħ l-aħħar elezzjonijiet parlamentari li kaġunaw il-kaos u t-taqlib f’dan il-pajjiż fir-reġjun tal-Kawkasu.
Kavelashvili, li kien jilgħab ma’ Manchester City fil-Premier League Ingliż, illum għandu 53 sena u meta l-Presidenza tal-Ġorġja tinvolvi rwol fil-parti kbira ċerimonjali. Sadanittant, kollox qed jindika li hu għandu jirbaħ il-vot li se jsir fl-14 ta’ Diċembru…Dan għaliex il-Partit tal-Ħolma Ġorġjana għandu l-maġġoranza tal-membri fil-kulleġġ elettorali magħmul mid-deputati parlamentari u r-rappreżentanti tal-gvernijiet lokali.
Mikheil Kavelashvili kien elett għall-Parlament fuq it-tikketta tal-partit fl-2016 u meta hu anki l-ko-fundatur tal-moviment politiku bl-isem ‘Saħħa tal-Poplu’…Moviment magħruf anki bħala ‘spinter group’ tal-Partit fil-Gvern li fost oħrajn hu magħruf sew għar-retorika iebsa kontra l-Punent.
//= $special ?>