Minkejja l-iskandlu ta’ konsulenza fantażma lill-mara tal-ex Ministru Clayton Bartolo mill-Ministru Clint Camilleri, fil-Kumitat Parlamentari għall-Istandards dalgħodu l-gvern baqa’ jappoġġja lil dawk li wettqu dan l-iskandlu billi vvota kontra li jittieħdu l-azzjonijiet li ressqet l-Oppożizzjoni fosthom li jkun sospesjoni ta’ dawk involuti u li l-ammont ta’ konsulenza jitħallas kollu lura.
Il-kumitat kien presedut mill-Ispeaker Anġlu Farrugia u għall-gvern ipparteċipaw il-Ministru tal-Ġustizzja Johnaton Attard u s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul waqt li għall-Oppożizzjoni pparteċipaw id-deputati Nazzjonalisti Ryan Callus u Mark Anthony Sammut.
Quddiem il-Kumitat tressqet sottmissjoni mill-Ministru Clint Camilleri u ittra u bank draft mingħand Clayton Bartolo u l-mara tiegħu Amanda Muscat. Dawn iż-żewġ ittri tal-ex Ministru Bartolo u l-mara tiegħu waslu quddiem il-kumitat ftit minuti qabel bdiet il-laqgħa.
Il-Kumitat kien sospiż għal ftit minuti sakemm il-kumitat seta’ jaqra l-ittri. Meta kompliet il-laqgħa l-kumitat qabel li dawn l-ittri jkunu pubbliċi inkuż il-bank draft li kien mhemuż mal-ittri. L-ammont ta’ rifużjoni minn Amanda Muscat kien ta’ €16,400.
Il-Ministru Attard qal li s-sottomissjoni tal-Ministru Camilleri saret b’email waqt li l-ex Ministru Bartolo u l-mara tiegħu bagħtu ittra lis-Segretarju Permanenti Ewlieni fejn Amanda Muscat talbet li tkun stabbilita r-rifużjoni li hi għandha tagħti. Hu kompla li l-Kummissarju għall-Istandars kien qal li l-Uffiċċju tiegħu ma kellux il-kompetenza biex jagħmel il-klakoli tar-rifużjoni involuta.
Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus resssaq mozzjoni li fiha l-Oppożizzjoni pproponiet li wara li l-ex Ministru Bartolo nstab ħati ta’ ksur tal-etika u abbuż mill-poter fl-ingaġġ ta’ Amanda Muscat bħala konsulenta u l-Ministru Camilleri wkoll instab ħati tal-Kodiċi ta’ Etika u abbuż fl-istess każ, il-Kumitat Parlamentari għandu jaqbel li Clayton Bartolo u Clint Camilleri jirrifondu l-fondi pubbliċi kollha li ħadet Amanda Muscat bħala konsulent għal xogħol li ma sarx u li għalih ma kinitx kwalifikata.
L-Oppożizzjoni nsistiet fil-mozzjoni li Clayton Bartolo u Clint Camilleri għandhom jagħmlu apoloġija fil-Parlament, li l-parlament jisspospendihom għal 30 jum u li l-Prim Ministru jassigura l-ogħla standards ta’ mġieba mid-deputati billi jesiġi li Clint Camilleri jirriżenja jew jitneħħa minn ministru.
Ryan Callus qal li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiffukaw fuq żvilupp li seħħ fuq ir-reviżjoni parzjali għaliex il-Oppożizzjoni mhijiex taqbel mal-ammonti msemmija. Hu qal li ċ-ċekk ppreżentat m’għandux jissarraf għaliex ir-rifużjoni għandha tkun sħiħa għaliex ix-xogħol ta’ konsulenza bl-ogħla perkaċċi ma sarx la taħt l-ex Ministru Bartolo u lanqas taħt il-Ministru Clint Camilleri. Dawn il-ħlasijiet għandhom isiru mill-ex Ministru Bartolo u mill-Ministru Camilleri.
Id-deputat Nazzjonalista qal li s-sottomissjoni tal-Ministru Clint Camilleri m’għamel ebda apoloġija u jgħid li mexa skont il-manwal tal-proċedura. Dan mhux minnu kif kkonferma l-Kummissarju għall-Istandards għaliex il-manwal jispeċifika li l-konsulent għandu jun ingaġġat skont il-wkaliċifi u l-esperjenza.
Mark Anthony Sammut qal li s-sottomissjonijiet ta’ Camilleri u Bartolo huma fuq żewġ każi. Clayton Bartolo qed jagħmel forma ta’ apoloġija iużda C,lint Camilleri ma juri l-ebda forma ta’ rimors u lanqas jirrikonoxxi li żbalja Huma qed jiġġustifikaw lilhom innfushom li mxew skont il-manwal meta dan mhux minnu, kif ikkonferma l-Kummissarju għall-Istandards.
Mark Anthony Sammut qal li m’għandux ikun aċċettat il-fatt li l-ministru jimpjega konsulenta li qatt ma raha u qatt ma bagħtet emails u n-nuqqas ikun biss li din qed tingħata paga inqas.
Jekk dan ikun aċċettat, il-parlament qed jaċċetta wkoll li ministru jista’ jqabbad lil ħbieb jimpjega persuni għalihom. In-nuqqas tal-Ministru Clint Camilleri hu iktar gravi għax dan ta konsulenza ta’ €70,000 lil Amanda Muscat u jrid li jkun aċċettat li Amanda Muscat qed tagħmel f’ministeru ieħor. Ir-rifużjoni trid tkun totali f’dan il-kuntest u fil-kuntest tal-konsulenza li ħareġ il-Ministru Camilleri.
Dwar is-sospenzjoni taż-żewġ deputati, Mark Anthony Sammut qal li fl-2008 fir-Renju Unit kien hemm każ simili għal dan fejn deputat impjega t-tifel tiegħu bi ħlas ta’ €23,000. Dan id-deputat għamel apoloġija mill-ewwel, tneħħielu l-whip u l-Kumitat Parlamentari irrakomanda lill-parlament li jkun sospiż għal għaxart ijiem. Il-każ ta’ Clint Camilleri u Clayton Bartolo hu iktar gravi minn dan li seħħ fir-Renju Unit. Hu qal li għandu jintbagħat l-istess sinjal u sostna li Clayton Bartolo u Clint Camilleri kienu jafu li qed jagħmlu l-ħażin; dan hu każ iktar gravi.
Il-Ministru Johnaton Attard qal li din il-mozzjoni setgħet tressqet fil-parlament u kompla li l-mozzjoni hi msejsa fuq bażi żbaljata. Hu qal li l-Ministru Camilleri iddikjara fis-sottomissjoni li kien lest itejjeb il-manwal u li fejn seta’ iddiżappunta lill-poplu jrid irodd lura lill-poplu d-diliġenza b’iktar xogħol lejn l-Għawdxin u l-Maltin kollha.
Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li s-sottomissjoni tal-Ministru Camilleri ma turi l-ebda sens ta’ apoloġija anzi hi sens ta’ sfida.
Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul kkwota siltiet mis-sottmossjoni tal-Ministru Clint Camilleri fosthom meta qal li għandu jkun hemm deċiżjonijiet metikolużi. Fis-sottomissjoni tiegħu l-Ministru Camilleri qal li hu ma għamel ebda gwadann personali u qed jimpenja ruħu li l-manwal ikun aġġornat.
Id-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal li l-gvern qed jipprova jagħti l-impressjoni li l-abbuż ta’ poter seħħ minħabba l-manwal meta dan hu abbuż ta’ poter dikjarat mill-Kummissarju għall-Istandards.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni ma tistax tkun aċċettata għaliex din trid titressaq tliet ijiem qabel.
Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-importanti hu li l-proposti tal-Oppożizzjoni jkunu diskussi u fuqhom jittieħed vot.
L-Ispeaker qara dak li tiddetermina l-proċedura f’każi bħal dawn.
Mark Anthony Sammut spjega kif it-talbiet tal-Oppożizzjoni jaqgħu skont il-proċedura parlamentari. Hu qal li l-Oppożizzjoni li Clint Camileri jagħmel apoloġija fil-Kamra u jkunu rifondi l-ammonti kollha. Ryan Callus qal li l-Kummissarju ma sab ebda provi ta xogħol ta’ konsulenza tant li Amanda Muscat m’għamel ebda xogħol ta’ konsulenza fl-ebda ministeru. Ryan Callus qal li l-poplu Għawdxi u l-Ministru tat-Turiżmu ma ħadu ebda konuslenza bil-flus joħorġu mill-Ministeru għal Għawdex.
Il-Ministru Johnaton Attard qal li l-Kumitat għandu biss iċanfar lill-Ministru Camilleri.
Mark Anthony Sammut qal li din mhijiex biżżejjed. Il-kumitat mar għall-vot fejn il-membri tal-gvern ivvotaw li l-Ministru Camilleri jiġi biss imċanfar. Il-membri tal-Oppożizzjoni ivvotaw kontra waqt li l-membri tal-gvern ivvutaw favur. L-Ispeaker iddeċieda li r-rifużjoni hi d-differenza skont kif stabbilixxa s-Segretarju Parlamentari Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għalhekk hu joqgħod fuq dan l-ammont li kien rifjuż. L-Ispeaker ivovta li l-Ministru Camilleri jkun imċanfar.
Mark Anthony Sammut propona li minħabba li Clint Camilleri ma wera ebda apoloġija u ma ngħatat ebda kosnulenza, il-Ministru Camilleri ħgandu jirrifondi l-flus kollha. Il-gvern u l-Ispeaker ivvotaw kontra. Dwar il-proposta tal-Oppożizzjoni li l-Ministru Camilleri jkun sospiż, il-Gvern u l-Ispeaker ivvotw kontra din il-mozzjoni.
Dwar Clayoton Bartolo, l-Oppożizzjoni pproponiet li Clayton Bartolo jagħmel apoloġija fil-Kamra. Il-kumitat qabel ma’ dan. Il-Ministru Attard ppropona li l-Ministru Bartolo jkun imċanfar bħall-Ministru Camilleri.
L-Oppożizzjoni pproponiet li l-ex Ministru Bartolo jkun sospiża 30 jum bil-gvern u l-Ispeaker jivvotaw kontra. Għalhekk din il-mozzjoni m’għaddietx.