Kunsilli Lokali Lokali

Il-Kunsill Laburista tal-Mosta ħalla dejn enormi ta’ kważi €700,000

Waqt il-Laqgħa Annwali u Pubblika tal-Finanzi tal-Kunsill Lokali tal-Mosta li saret ilbieraħ, ġie ppreżentat ir-Rendikont Finanzjarju tal-Kunsill – rendikont li wera kif il-Kunsill Laburista ħalla dejn kbir ta’ €681,895. Dan wara snin ta’ tmexxija ħażina f’din il-lokalità.

Is-Sindku tal-Mosta spjega li l-ammont dovut li jrid jitħallas ta’ xogħol li sar jammonta għal €1,344,775. Dan filwaqt li l-assi jammontaw għal €662,880.

Dan kollu jikkuntrassata bil-kbir meta Kunsill taħt it-tmexxija Nazzjonalista ħalla surplus fil-kont tal-kunsill ta’ aktar minn €450,000.

Is-Sindku Nazzjonalista Joseph Gatt wiegħed li għalkemm il-kundizzjoni finanzjarja mhix sabiħa, il-Kunsill Lokali tal-Mosta determinat li joffri soluzzjonijiet strateġiċi u finanzjarji biex jgħin ħalli jinstabu soluzzjonijiet għall-iżvilupp tal-lokalità.