Ivan J.Bartolo, PN
Ix-Shadow Minister għax-Xogħol u l-Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi Ġodda Ivan J.Bartolo qal fil-parlament li l-pajjiż qed jissellef biex ikompli għaddej.
Ivan J.Bartolo qal li d-dejn hu tajjeb u spjega li d-dejn tal-pajjiż kiber minn €6.9 biljun għal €10.05 biljuni. Id-dejn pubbliku sal-2025 se jitla’ għal €12-il biljun; 50.1% tal-GDP. Hu qal li għandu jkun hemm raġunijiet għaliex il-pajjiż qed jagħmel id-dejn u staqsa kif din iż-żieda fid-dejn se tikkontribwixxi lejn kwalità ta’ ħajja aħjar.
Ivan J.Bartolo kompla li l-pajjiż qed iħallas 2.2% f’interessi fuq id-dejn; Malta qed tħalla €602,000 kuljum f’interessi li se jitla’ €814,00 meta r-rata titla’.
Il-pajjiż qed ikompli jissellef għax il-pajjiż m’għandux biex ikompli għaddej. Malta għandha bżonn tibdel il-mudell ekonomiku tagħha u hawn bżonn aktar nies li jaħdmu f’impjiegi li jħallu kontribuzzjoni pożittiva fil-pajjiż. Hu qal li l-gvern m’għandux pjan fit-tul u qed jaħdem biss sal-elezzjoni. Il-mudell tal-konfrontazzjoni fil-politika Maltija qed jankra lill-pajjiż, sostna Ivan J.Bartolo, li kompla li l-balance sheet tal-pajjiż qed tkun impattata. Hu staqsa jekk il-pajjiż hux se jku kapa1i jissellef.
id-deputat Nazzjonalista qal li jinsab inkwetat għax jista’ jkun li hemm bond partikolari li fl-2026 il-pajjiż jista jkollu problemi biha għax tagħmel ħsara lill-pajjiż. Jeħtieġ attenzjoni li ma jinġolqox prċedent, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex is-soluzzjonijiet jinstabu flimkien.