Albert Buttigieg, PN
Ix-Shadow Minister għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali Albert Buttigieg qal fil-Parlament li l-housing ġenerali u l-housing soċjali huma żewġ realtajiet li jolqtu direttament il-kwalità tal-ħajja tal-familji u għalhekk huwa fl-interess ta’ kulħadd li jkun hemm standards li jagħtu dinjità.
Albert Buttigieg semma l-iskema ‘Nikbru biex nassistu’ li permezz tagħha numru sabiħ ta’ familji qegħdin jgħixu fi propjetajiet li jinkrew mingħand il-privat’. Din l-iskema ‘Nikru biex nassistu’ hija l-istess Skema Kiri li meta l-PL u l-Ministru kienu fl-Opożizzjoni, kienu għamlu kruċjata sħiħa kontriha iżda issa qed jgħidu ‘numru sabiħ ta’ familji’. Għandhom raġun li jgħidu ‘numru sabiħ’ għax minn meta nfetħet sal-lum kien hemm 1,189 li bbenefikaw minn din l-iskema li tant maqdru u ppruvaw iħammġu! Dan juri li l-krititka tal-PL kienet biss opportuniżmu u inkonsistenza politika.
Hu kompla li dan l-opportuniżmu u inkonsistenza politika ma wrewhiex biss f’din l-iskema imma f’diversi skemi oħra li biddiltulhom isimhom u issa jiftaħru bihom qisu x-xemx telgħet bil-Gvern Laburista biss.
Fil-fatt, il-Gvern qed jiftaħar li żied is-sussidji erba’ darbiet aktar milli kienu. Dan hu tajjeb, imma allura l-fatt li żdied is-sussidju erba’ darbiet aktar, qed jikkonfermaw li hawn aktar nies fil-bżonn, li huma vulnerabbli li ma jistgħux ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja.
F’dan il-baġit, il-Gvern qiegħed jiftaħar li qed jagħti għajnuna lil inkwelini ta’ qabel l-1995, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li kull għotja ta’ għajnuna hija dejjem għajnuna kbira lil dawn l-inkwelini li diversi minnhom huma anzjani.
Il-gvern qed isolvi l-problema li ħoloq hu stess meta kien fil-Gvern fis-sebgħinijiet u l-bidu tat-tmeninijiet meta mhux biss kien hemm requestion orders jinħarġu qishom pastizzi, imma wkoll kien hemm il-housing econtrol ordinace fejn wieħed ma setax jgħolli l-kera. Dan kien ifisser li xi wħud kellhom Lm35 fis-sena bħala kera.
Kien fl-1995, li Gvern Nazzjonalista fetaħ is-suq għall-kirijiet biex ikunu liberi u fl-2009 l-Gvern Nazzjonalista stabbilixxa l-kera minima ta’ Lm185 fis-sena meta l-inqas il-pensjoni kienet Lm103 fil-ġimgħa.
Albert Buttigieg għamel numru ta’ proposti kif jista’ jitjieb il-kwalità tal-housing u enfasizza l-ħtieġa ta’ standards tal-kirjiet kif hemm fil-lukandi, guesthouses u djar ta’ anzjani.
Hu qal li ntqal li hawn 1,500 amministratur tal-kondominju fil-binijiet privati imma l-liġi ma tinfurzax dan fil-binjiet tal-gvern. Wasal iż-żmien li terġa’ tidħol l-iskema fejn wieħed mill-inkwilini jkun amministratur u jitħallas ukoll.
Hu tkellem dwar l-assoċjazzjonijiet tal-binijiet u qal li parti mid-dħul għandu jerga’ jkun investit, għandu jkun hemm infurzar tal-liġijiet dwar iz-zoni komuni u l-bjut.
Jeħtieġ li jkun hemm ukoll common social data base għax ma nistgħux nibqgħu naħdmu f’silos mentality; jeħtieġ inqas burokrazija u aktar effiċjenza.
//= $special ?>