Il-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri għażlu li ma jattendux għall-Kumitat Parlamentari għall-Istandards sabiex ikun diskuss l-aħħar skandlu b’rabta mal-għotja ta’ eluf ta’ ewro lil mara ta’ Bartolo, Amanda Muscat.
Minflok, Clayton Bartolo, Clint Camilleri u anke Amanda Muscat bagħtu ittra lill-Kumitat bit-tweġiba tagħhom. Huma ma kenux obbligati li jmorru fil-Parlament għal dan il-Kumitat iżda kellhom kull dritt li minflok jibagħtu ittra. Għalkemm din tfisser li dan l-iskandlu ma jistax jiġi diskuss magħhom mal-membri fuq dan il-Kumitat magħmul minn Ryan Callus u Mark Anthony Sammut f’isem il-Partit Nazzjonalista, u Jonathan Attard u Andy Ellul f’isem il-Partit Laburista.
Wieħed jista’ jsegwi dak li qed jintqal fil-Kumitat hawnhekk: https://c.connectedviews.com/01/SitePlayer/parliamentmalta?session=124047
Fl-ewwel laqgħa b’diskussjoni għal dan l-iżvilupp ta’ Bartolo-Camilleri, il-Kumitat Parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika unanimament qabel li jaċċetta u jagħmel tiegħu r-rapport bil-konklużjonijiet tal-Kummissarju għall-Istandards dwar il-każ tal-konsulenza li ma ngħatatx mill-mara tal-Ministru Clayton Bartolo fil-Ministeru għal Għawdex u l-abbuż mill-istess żewġ Ministri.
//= $special ?>