Lokali

Kabinett sħiħ taħt pressjoni

Fi kliem il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, it-tieni skandlu li fih hemm involuta Amanda Muscat huwa ibbażat fuq “rapporti fil-gazzetti”.

Il-Ministru għadda dawn ir-rimarki fil-jum li fih faqqa’ dan il-każ serju, fejn fondi pubbliċi allegatament għaddew b’tixħim għand il-mara ta’ Clayton Bartolo. Il-flus kienu parti minn deal li għamlet l-MTA – awtorita’ li kienet taqa’ taħt l-istess Bartolo.

Sa issa, ħadd mill-MTA għadu ma ċaħad dawn l-allegazzjonijiet serji. Filwaqt li l-Kummissarju tal-Pulizija għadu ma ħa ebda azzjoni.

Intant barra l-Parlament, evidenti l-pressjoni li dan il-każ qed jitfa’ fuq il-Kabinett. Bis-Segretarju Parlamentari Andy Ellul ma jweġibx id-domandi ta’ Net News, u jinħeba wara dak li qal il-Prim Ministru.

Apparti l-aħħar skandlu ta’ Amanda Muscat, hemm ukoll l-ewwel każ li għadu pendenti – fejn il-mara ta’ Clayton Bartolo tħallset għal konsulenza li qatt ma tat lill-Ministeru ta’ Għawdex.

Għalkemm sa issa, il-Prim Ministru qed jibqa’ jiddefendi lil Clint Camilleri. Kif iddefendietu wkoll Alison Zerafa Civelli.

Bħal Clayton Bartolo, anke Clint Camilleri kien instab ħati li kiser l-etika u l-istandards fil-ħajja pubblika.