Is-Sindku Laburista ta’ Ħal Qormi Josef Masini Vento ma żammx lura milli jesprimi l-frustrazzjoni tiegħu għall-aħħar skandli ta’ frodi u tixħim li ħakmu lill-Gvern ta’ Robert Abela.
Is-Sindku – magħruf sew għall-istil ikkulurit tiegħu – ikkritika lill-partit tiegħu stess permezz ta’ ittra satirika lil Santa Klaws; fejn l-ewwel jitlob xi ħaġa għall-Milied, imbagħad Father Christmas iwieġeb lit-tifla li kitbitlu.
It-tifla, fl-ittra, tispjega kif ommha dejjem għallmitha li jekk tistinka tasal fejn trid. Iżda Santa Klaws ma jaqbilx ma’ dan il-parir.
“Jekk trid tieħu dak li trid, mur in**** ma’ Ministru!”
Intant, huwa ċar li wara li ppubblika dan il-post fuq Facebook, in-nutar Masini Vento ġie ordnat mil-Labour sabiex ineħħiha.
//= $special ?>