Raġel Malti ta’ 43 sena residenti l-Belt Valletta ġie arrestat mill-Pulizija t-Tlieta filgħodu, fi Triq
is-Serkin il-Marsa, b’rabta ma’ traffikar tad-droga.
Dan riżultat ta’ investigazzjonijiet li jagħmlu l-Pulizija. Dawn l-investigazzjonijiet wasslu għal sejba ta’ 41 borża ta’ sustanza suspettata eroina u kokaina flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.
Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u dwar il-każ inħatret Inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Philip Galea Farrugia.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>