Marco Bonnici ġie elett mill-ġdid bħala l-President tal-MUT, filwaqt li Elaine Germani ġiet eletta għal darb’oħra bħala l-Viċi President Anzjana tal-MUT.
Il-Kunsill tal-MUT ser ikun magħmul minn 29 membru tal-Kunsill li jirrappreżentaw il-gradi differenti fis-settur tal-edukazzjoni.
Il-President Marco Bonnici rringrazzja lill-membri kollha tal-Kunsill preċedenti kif ukoll lill-membri l-ġodda tal-Kunsill eletti li ġew fdati biex jirrappreżentaw lill-membri. Huwa rringrazzja wkoll lill-membri kollha li ħadu sehem fil-proċess kif ukoll lill-kumpanija tal-awditjar li ssorveljat il-proċess tal-elezzjoni.
//= $special ?>