Lokali

George Hyzler jippreżenta r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri lil Bernard Grech

Aktar kmieni matul il-jum, ir-rappreżentant Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, George Hyzler, flimkien ma’ delegazzjoni mill-istess Qorti…. preżentaw r-rapport annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri  rigward l-implimentazzjoni tal-Budget tal-Unjoni Ewropea għall-2023 – rapport li ġie preżentat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Ritratt: Martin Agius

Dan ir-rapport jispjega r-riżultat tal-audits finanzjarji u tal-compliance li jkunu saru mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rigward tal-budgets tal-UE.

Ritratt: Martin Agius

George Hyzler tkellem mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista dwar rapporti oħra li diġà beda jaħdem fuqhom; fosthom dwar cyber security u dwar l-AI. Żewġ rapporti li jirriflettu r-realtajiet ġodda tad-dinja tal-lum.

Minn naħa tiegħu, Bernard Grech awgura aktar ħidma siewja lil George Hyzler u t-team tiegħu.