Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu qatt ma kienet involuta f’xi tip ta’ ftehim li qed ikun allegat f’rapport, bejn l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-eks ċiklista Taljan Valerio Agnoli.
Dan, b’riferenza għall-aħħar skandlu ppubblikata f’The Times fejn żvelat skandlu ieħor ta’ Amanda Muscat – it-tieni wieħed li fih hemm implikata l-mara ta’ Clayton Bartolo hekk kif din id-darba ġiet implikata fi skandlu ta’ tixħim b’rabta ma’ reklamar mill-MTA li jlaħħaq mal-€50,000.
The Times irrappiurtat ukoll li dawn il-pagamenti ngħataw lil Amanda Muscat fuq perjodu ta’ madwar sitt xhur. L-investigazzjoni tal-FIAU implikat lill-mara ta’ Clayton Bartolo ma’ kumpanija li ħadmet maċ-ċiklist Taljan Valerio Agnoli fl-2023.
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-l-Federazzjoni ċaħad kull involviment f’dan il-każ.
//= $special ?>