Futbol Sport

‘Il-livell tal-futbol Malti naqas’ – Giovanni Tedesco, kowċ Gżira Utd. FC

(Ritratt: Martin Agius)

‘Ninsab kuntent b’dak li ksibna fl-ewwel logħba mill-Bottom Six tal-Opening Round. Rebħa importanti imma aktar minn hekk kuntent bl-atteġġjament tal-players fejn iġġieldu għal kull ballun.’

L-ewwel kliem tal-kowċ ta’ Gżira United Giovanni Tedesco fir-ritorn tiegħu fuq il-bank tal-Maroons. Huwa kompla hekk: ‘Fl-ewwel 25 minuta konna tajbin ħafna iżda mbagħad sofrejna kontra tim organizzat bħalma huwa Zabbar.  Però nixtieq inżid li l-livell jidher li naqas fejn b’aktar barranin qed immorru aktar għall-kwantità milli għall-kwalità. Fejn huma dawk it-timijiet ta’ sitt snin ilu bħal Valletta, Floriana, Hibernians u B’Kara fost l-oħrajn.’

‘L-episodji ser jiddeċiedu l-partiti’

  • Alessandro Zinnari, kowċ Ħamrun Spartans FC

‘Kienet logħba bilanċjata bi ftit ċansijiet ta’ skor. Iżda konna aħna li ħadna l-ftit ċansijiet u skorjajna żewġ gowls li tawna r-rebħa.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Ħamrun Alessandro Zinnari wara r-rebħa li l-Ispartans kisbu kontra l-leaders Birkirkara. Zinnari kompla: ‘Ninsab kuntent li ksibna t-tliet punti. Dan l-istaġun il-fortuna ma tantx qed tidħqilna fejn tlifna aktar players matul din il-partita minħabba injuries. Qed nużaw numru ta’ players żgħażagħ u nemmen li dan huwa sinjal li anki b’dawn il-players kapaċi nġibu r-riżultati. Finalment irridu nkunu kompatti peress li l-livell huwa prattikament ugwali bejn it-timijiet fit-Top Six. Ser ikunu l-episodji li jiddeċiedu l-partiti.’

TIM TAL-ĠIMGĦA

Goalkeeper: Udoh Akpan (Mosta)

Difensuri: Adam Magri Overand (Sliema Wanderers), Gabriel Mentz (Gżira United, Gustavo Alcino (Sliema Wanderers),

Midfielder: Jake Grech (Floriana), Ito Yasukadze (Naxxar Lions), Sunday Okereke (Mosta). Dunstan Vella (Floriana)

Attakkanti: Raphael Lopes (Ħamrun Spartans), Yuri Messias (Marsaxlokk), Shaisen Attard (Ħamrun Spartans)

KLASSIFIKA

TOP SIXPARTITIPUNTI
Birkirkara1228
Floriana1226
Sliema Wanderers1225
Hibernians1221
Ħamrun Spartans1217
Mosta1216
BOTTOM SIXPARTITIPUNTI
Gżira United1216
Marsaxlokk1215
Melita1212
Naxxar Lions1210
Balzan129
Żabbar St.Patricks124

LOGĦOB LI JMISS

Il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru. 2024

Stadium Nazzjonali

6.00pm            B’Kara vs Mosta

8.30pm            Sliema W. vs Ħamrun S.

Is-Sibt, 30 ta’ Novembru, 2024

Stadium Nazzjonali

2.15pm            Floriana vs Hibernians

5.00pm            Gżira Utd. vs Naxxar L.

Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru, 2024

Victor Tedesco Stadium

1.30pm            Melita vs M’Xlokk

4.00pm            Balzan vs Żabbar SP

L-AQWA SKORERSGOWLS
Maxuell Samurai (Birkirkara)9
Franklin Sasere (Floriana)7
Gabriel Mentz (Gżira United)7
Andre (Melita)6
Jurgen Degabriele (Hibernians)5
Luke Montebello (Ħamrun Spartans)5
Lecao (Gżira United)5
Alex Tanque (Marsaxlokk)5
Udoyenn Akpan (Balzan)5
CLEAN SHEETSPARTITI
Birkirkara7
Sliema Wanderers7
Floriana6
Hibernians5
Ħamrun Spartans2
Gżira United2
Mosta2
Melita2
Naxxar Lions2
Balzan1
Żabbar St.Patricks1
Marsaxlokk0