F’operazzjoni oħra fil-Port Ħieles, il-Pulizija l-Erbgħa filgħaxija, għamlet sejba oħra ta’ madwar 100 kilogramma droga suspettata kokaina, b’valur fit-triq ta’ madwar €14-il miljun.
Id-droga nstabet f’madwar 50 pakkett li kienu moħbija qalb rombli tal-cables f’kontejner li wasal Malta mill-Port ta’ Guayaqil, fl-Ekwador.
Din is-sejba ta’ droga saret waqt sorveljanza kontinwa li l-Pulizija qiegħda tagħmel, bħala parti mill-ħidma kontra l-immportazzjoni tad-droga u assistita mid-Dipartiment tad-Dwana. Filwaqt li d-droga ġiet ikkonfiskata u l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet, infetħet inkjesta ill-Maġistrat Philip Galea Farrugia.
//= $special ?>