Lokali

Imut l-artist kontemporanju Raymond Pitrè

Raymond Pitrè, wieħed mill-aktar artisti kontemporanji f’Malta imut, fl-età ta’ 84 sena.

Ix-xogħlijiet tiegħu kienu jinkludu pitturi ta’ presidenti u Prim Ministri kollha ta’ Malta, pitturi tas-saqaf fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp fl-Imsida u Stella Maris f’Tas-Sliema filwaqt li għamel ukoll ħames settijiet ta’ bolol ta’ Malta.

Iżda kien magħruf l-aktar għall-pitturi astratti tiegħu kif ukoll għall-iskulturi.

Il-pitturi u skulturi Dawn se jkunu qed jintwerew ukoll fil-mużew l-ġdid tal-arti kontemporanja ta’ Malta MICAS fil-ġimgħat li ġejjin.


Pitre kien ingħaqad mal-Ordni Kapuċċini ta’ età żgħira, imbagħad serva fil-korp tal-pulizija għal 12-il sena qabel ma ddedika ruħu għall-arti.