Numru ta’ bidders jidhru li qed juru l-interess tagħhom biex jixtru 70% tal-bank HSBC f’pajjiżna. Dan wara li fl-aħħar xhur kienet konfermata l-aħbar li l-bank internazzjonali kellu l-intenzjoni li jinħall mir-rabta li kellu ma’ Malta.
Skont komunikat maħruġ dalgħodu, jidher li hemm interess minn numru ta’ bidders li jridu jidħlu fit-tmexxija tal-bank f’Malta. Għadu mhux ċar eżatt kemm huma dawn il-bidders u jekk humiex kollha banek, entitajiet privati jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.
HSBC Bank Malta ħabbar li bħala parti minn dan il-proċess se tkun qed tissejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja.
F’settembru, il-Bank HSBC kien ħabbar li informa lill-bord tad-diretturi li se jibda analiżi strateġika tal-ishma indiretti ta’ 70% li għandu f’pajjiżna. Esperti finanzjarji kienu diġà indikaw li l-bank kellu jtemm l-attività tiegħu f’Malta wara 25 sena.
//= $special ?>