Miet Shalom Nagar, li jibqa’ imfakkar fl-istorja bħala l-bojja li mexxa l-esekuzzjoni tal-kriminal tal-gwerra Nażista, Adolf Eichmann.
Eichmann, wieħed mill-aktar kollaboraturi brutali tal-eks-dittatur Adolf Hitler, kien ingħata l-forka f’Iżrael fl-1962 u Nagar, li kien jaħdem bħala gwardjan fil-faċilità tal-ħabs fejn kien qed jinżamm in-Nażista, kellu jispiċċa magħżul bħala l-bojja ta’ dan il-kriminal…Responsabbiltà li hu insista li ma volontarja qatt għaliha.
Din kienet l-unika esekuzzjoni ġudizzjarja li qatt saret fl-Istat ta’ Iżrael.
Adolf Eichmann kien protagonista fl-hekk-imsejħa Soluzzjoni Finali matul it-Tieni Gwerra Dinjija…’Soluzzjoni’ bażata fuq l-esterminazzjoni tal-Lhud kollha tal-Ewropa taħt idejn in-Nażisti waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Kien proprju fl-1960 li n-Nażista nħataf fl-Arġentina mill-aġenti Iżraeljani li ħaduh lura pajjiżhom u bil-kundanna tiegħu tkun ikkonfermata sena wara.
//= $special ?>