Koppja Rumena bi problema ta’ droga nżammu taħt arrest preventiv wara li ġew mixlija quddiem il-Maġistrat Abigail Critien li wettqu diversi serqiet ta’ flus u oġġetti minn minn vettura, Supermarket u ħanut f’San Pawl il-Baħar, Supermarket fis-Swieqi għal darba darbtejn. Ir-raġel ġie mixli wkoll li ta tagħrif falz lill-Pulizija u li sar riċediv.
Alin Dan Ciocan ta’ 37 sena u s-sieħba tiegħu Alexandra Alina Chindris ta’ 36 sena għall-ewwel kienu se jammettu l-akkużi miġjubin kontrihom imma wara reġa’ bdielhom u ddeċidew li wieġbu mhux ħatja. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-mara għandha żewġ ulied minorenni, wieħed ta’ disa’ snin u l-ieħor ta’ ftit tax-xhur u li dawn qatt ma ħadet ħsiebhom.
Qalet li fil-fatt is-Servizzi ta’ Protezzjoni tat-Tfal kemm il-darba ppruvaw jieħdu lit-tfal mingħand il-koppja. L-Avukat Elona Schembri li dehret għal mara li għamlet ħin twil tibki fl-awla għamlet talba għall-pleġġ minħabba l-fatt li għandha żewġt ulied. Ir-raġel ma kellu ebda avukat jiddeffendih.
Il-prosekuzzjoni iżda qalet li wieħed minn dawn it-tfal, jiġifieri l-kbir kien se jiġi għalih mir-Rumanija l-missier bioloġiku tiegħu u jieħdu pajjiżu. Qalet ukoll li ż-żgħir huwa tal-akkużati. Tenniet ukoll li r-residenza tal-mara tinsab fi stat diżastruż, kollha ħmieġ u li ilha żmien twil ma tħallas għall-kirja.
Fil-fatt qalet il-prosekuzzjoni saret kawża ċivili fil-konfront tal-akkużata minħabba li din għandha tagħti b’lura l-flus għall-kirja. L-allegati reati kollha seħħew dan ix-xahar bil-prosekuzzjoni tgħid li fejn jidħol il-pleġġ il-koppja mhijiex affidabbli u l-fatt li mhumiex Maltin u li r-raġel diġa kien ġie sentenzjat ukoll fuq serq, t-tnejn mhumiex affidabbli. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq dak li qalet il-prosekuzzjoni,
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Warren Galea u Darryl Farr flimkien mal-Avukat Martina Calleja mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
//= $special ?>