Lokali Sport

Minn Kastilja qed jimbuttaw lil Jean Claude Micallef

Wara li l-eks deputat Laburista Luciano Busuttil twarrab mit-tmexxija tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport, il-klikka ta’ Robert Abela qed tinbotta eks deputat ieħor – Jean Claude Micallef – biex jinħatar hu bħala Kap Eżekuttiv.

Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li dan ir-rwol ħoloq ‘gwerra’ bejn il-Ministeru ta’ Clifton Grima u n-nies ta’ Robert Abela. Dan għaliex Grima jrid li bħala CEO tal-Awtorità tal-Intergità fl-Isport ipoġġi lill-Eks Chief of Staff tiegħu, Rayn Borg.

Intant, għadu mhux ċar jekk Luciano Busuttil irriżenjax jew ġiex imkeċċi. Dan wara li l-Bord ta’ din l-Awtorità ma kien kuntent xejn bih. Tant li qalu lill-Ministru, “jew hu, jew aħna!”