Nies viċin il-Ministru Clayton Bartolo dalgħodu tfaċċaw fil-Ministeru tat-Turiżmu biex ineħħu xi dokumenti mill-uffiċċju fi Triq ir-Repubblika.
Sorsi mill-Gvern qalulna li fil-Ministeru kienu għaddejin bi shredding ta’ numru ta’ karti. U fuq barra, tfaċċa vann tad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika – li mhux ċar jekk issejjaħx biex jiġbor id-dokumenti li nqerdu.
Net News jinsab infurmat li din il-ħidma kienet għaddejja fl-ewwel żewġ sulari tal-Ministeru; bil-binja mhux se tibqa’ tintuża mill-Ministru l-ġdid tat-Turiżmu Ian Borg, li diġà għandu l-Ministeru tiegħu.
//= $special ?>