Talanqas disa’ persuni – uħud innominati biex jiffurmaw il-Kabinett immexxi mill-President Amerikan-elett, Donald Trump, u oħrajn innominati għal mal-istaff tal-White House – spiċċaw mira ta’ theddid bil-bombi. L-aġenti tal-FBI, intant, qalu li kienu konxji mit-theddid u dwar sensiela ta’ telefonati qarrieqa biex il-pulizija taħseb fil-miżuri tas-sigurtà madwar ir-residenzi tan-nies partikulari.
Numru fost il-persuni fil-mira, ‘il quddiem, għandhom imexxu lid-Dipartimenti għad-Difiża, Housing, Agrikoltura u Xogħolijiet. Sar ukoll it-theddid fil-konfront ta’ Elise Stefanik, il-magħżulha ta’ Trump għar-rwol ta’ Ambaxxatur Amerikan għan-Nazzjonijiet Uniti.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-inċidenti tat-theddid li seħħew matul il-lejl tat-Tlieta u matul nhar l-Erbgħa.
Karoline Leavitt, kelliema għall-iskwadra ta’ Trump inkarigata mit-tranżizzjoni ta’ poter, qalet li dawn in-nies u l-għeżież tagħhom spiċċaw mira għal theddid vjolenti li ma jirriflettix il-veru karattru tal-poplu Amerikan.
U għalkemm Leavitt u l-FBI ma identifikaws lill-persuni b’isimhom, kelliema għall-Gvern f’Washington saħqu li l-pulizija ħadet azzjoni malajr biex taċċerta mis-sigurtà tal-innominati.
//= $special ?>