Lokali

Talba biex jiġu investigati l-eks Ministru Bartolo l-Ministru Camilleri u Amanda Muscat

Repubblika qed titlob għar-riżenja immedjata tal-Ministru Clint Camilleri u biex il-Ministri Clayton Bartolo, Clint Camilleri u l-mara ta’ Bartolo, Amanda Muscat, jiġu investigati kriminalment.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet li sarret minn Repubblika, quddiem id-Depot fejn il-President ta’ din l-għaqda Vicki Ann Cremona u l-Avukat Jason Azzopardi insistew illi Amanda Muscat tat lura €16,000 …propju għax taf li hija ħatja.

Cremona saħqet li l-impjieg ta’ Muscat kien materja li kellu jwassal għal reżenja. Madnakollu l-Prim Ministru Robert Abela baqa’ jwebbes rasu sa ma faqqa’ skandlu ieħor.

Barra minn hekk sostniet li n-nies jippretendu illi l-Ministri jiffunzjunaw bl-ogħla standards ta’ etika hekk kif fi kliem il-Ministru Bartolo stess huma kontabbli għall-poplu.

Vicki Ann Cremona saħqet li għandha ssir investigazzjoni krminali biex tistabbilixxi min qed jabbuża mill-poter. Dan filwaqt li talbet għar-reżenja immedjata tal-Ministru ta’ Għawdex Clint Camilleri.

Minn naħa tiegħu Jason Azzopardi, l-Avukat ta’ Repubblika, saħaq li meta l-liġi ma tkunx  l-istess għal kulħadd tkun inġusta għal kulħadd. U huwa għalhekk li l-NGO Repubblika ffirat 2 kwereli sabiex kemm l-Eks Ministru Clayton Bartolo, kif ukoll il-Ministru Clint Camilleri u Amanda Muscat jitressqu l-Qorti għax dawn huma ħatja ta’ reat.

Hu temm billi staqsa x’hinu jistenna l-Kumissarju tal-Puliziaj Angelo Gafa bex jinvestiga lil Bartolo u Camilleri kif ukoll lil Amanda Muscat … u anke c-ciklist Taljan Agnoli, b’rabta mal-allegat kickbacks li ħadet Amanda Muscat minn kuntrat tal-MTA.