Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar il-Malta Dockers Union fejn kellu ċ-ċans jitkellem mal-ħaddiema tax-xatt. U ra kif ta’ kuljum bosta ħaddiema iwettqu xogħol importanti ferm, speċjalment meta tqis li f’Malta 95% tal-importazzjoni tasal bil-baħar.
Flimkien max-Shadow Minister Ivan Castillo l-Kap tal-PN Bernard Grech iddiskuta l-isifi varji li dawn il-ħaddiema jaffacjaw b’mod speċjali fil-pandemija fejn dawn l-impjegati kienu frontliners sabiex il-merkanzija tibqa’ għaddejja u l-poplu ma jbatix.
Huma spjegaw kif għamlu li setgħu sabiex l-isfidi varji li jolqtu l-merkanzija ma jaffetwaw il-kompetittività u fl-aħħar mill-aħħar il-ħaddiema tax-xatt.
Spjegaw ukoll kif inhu essentzjali li jżommu maż-żminijiet tal-lum speċjalment minħabba l-fatt li t-teknoloġija dejjem qiegħda tavvanza.
F’kumment li ta lil Net News Ryan Fava President tal-Malta Deckers Union sostna li huwa importanti ferm li laqgħat bħal dawn jibqgħu isiru ta’ spiss.
Min naħa tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonlista Bernard Grech stqarr magħna li Gvern ġdid Nazzjonalista se joffri serħan il-moħħ għal ħaddiema tax-xatt … filwaqt li rringrazzjhom għax-xogħol siewi illi huma jagħmlu.
Bernard Grech fakkar kif Malta tiddependi ħafna fuq il-merkanzija u l-importazzjoni – dan għal fatt li gżira zgħira bħal Malta tiddependi fuq dan is-settur u Gvern ġdid Nazzjonalista se jassigura li l-interessi tal-ħaddiema tax-xatt u tal-pajjiż ser jiġu imħarsa.
//= $special ?>