Id-deputati fil-House of Commons (Parlament ta’ Londra) ivvutaw favur abbozz li jillegalizza l-proċess għall-mewt assistit fl-Ingilterra u f’Wales….Deċiżjoni li qanqlet diversi reazzjonijiet – favur u kontra – minn kull rokna tal-pajjiż.
Il-vot storiku –bi 330 favur u b’275 kontra – ittieħed wara ħames sigħat ta’ dibattitu mqanqal li fih id-deputati qasmu l-istejjer personali relatati mas-suġġett. Dan waqt li d-deputati li opponew l-abbozz insistew għal ‘sistemi ta’ kura aktar adatti’ għan-nies li jkunu waslu fl-aħħar ta’ ħajjithom.
L-abbozz għadda mill-ewwel fażi tal-vot fil-House of Commons u li jiftaħ is-siparju għal skrutinju, fuq livell parlamentari, li għandu jdum ix-xhur. Jonqos ukoll għall-approvazzjoni tal-Parlament qabel il-proċess għall-imwiet assistiti jkunu permessi bil-liġi.
Sadanittant, kienu diversi r-reazzjonijiet fost l-attivisti favur u kontra l-proċess li nġabru fl-inħawi ta’ Westminster biex jistennew il-konferma tal-vot,…Dan fost id-dmugħ ta’ ferħ u l-arja tad-diżappunt u rassenjazzjoni fost dawk li huma kontra l-proċess.
Ir-regoli preżenti fir-Renju Unit ma jippermettux biex il-Britanniċi – fosthom in-nies bil-mard terminali – jitolbu l-għajnuna medika biex imutu mewta dinjituża. Bħalissa – u taħt l-aħħar proposti — hemm anki ħafna ‘ħteġiet u kriterji’ biex pazjent ikun eliġibbli għal mewta assistita.
//= $special ?>