Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed jiċċelebra l-15-il sena mill-ġemellaġġ bejn ir-raħal tal-Mellieħa u l-belt ta’ Ayia Napa f’ Ċipru .
Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech laqa’ lis-Sindku u membri oħra ta’ din l-muniċipalità, fejn flimkien tkellmu dwar bosta temi li jaffettwaw iċ-ċittadini Ċiprijotti u dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ pajjiżna u mal-Partit Nazzjonalista.
Bħall-Mellieħa, anke Ayia Napa hija destinazzjoni turistika popolari ferm f’Ċipru. U tul is-snin ġibdet diversi viżitaturi minn Malta.
Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser ikun qed jagħmel ċerimonja flimkien mal-Għaqda Korali Orkestrali Maria Bambina biex jirrikonoxxi l-ħbiberija li ġab dan il-ġemellaġġ bejn iż-żewġ komunitajiet.
Id-delegazzjoni li waslet f’pajjiżna hi magħmula mis-Sindku t’Ayia Napa Christos Zannettou, u l-Viċi Sindki Antonis Christou u Markos Koumi illi se jkunu qed jingħaqdu f’bosta attivitajiet fil-jiem li ġejjin
Preżenti għall din il-laqgħa fid-Dar Centrali kien hemm is-Sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef flimkien mall-Kunsielieri tal-Partit Nazzjonalista
//= $special ?>