Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sab diffikultà f’pixxina ta’ gym

Raġel ta’ 29 sena, residenti Ħaż-Żabbar, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà
waqt li kien qiegħed jgħum f’pixxina ta’ gym.

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien
hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ħal Farruġ, is-Siġġiewi.

Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn
hemmhekk sabu lir-raġel mitluf minn sensih. Huwa kien ittella’ mill-pixxina minn xi nies li kienu
fuq il-post kif ukoll bdew jag]tuh l-ewwel għajnuna.

Il-vittma ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.