Futbol Sport

Sliema u Ħamrun jieħdu punt kull wieħed bil-gowls jaslu fl-aħħar għaxar minuti logħob

(Ritratt: Joseph Galea)

(Ritratt: Joseph Galea)

Neil Camenzuli

SLIEMA WANDERERS…………………1

ĦAMRUN SPARTANS………………….1

Sliema Wanderers: E.Agu, J.Borg, A.Magri Overend (V.Plut 71’), M.Beerman, G.Alcino (N.Strickland 86;), W.Matos, M.Freire, S.Zibo (N.Frendo 86’), S.Pisani, M.Awad, J.Bastos (S.Da Silva 90’)

Ħamrun Spartans: H.Bonello, D.Letherby (S.Xerri 74’), L.Montebello, J.Mbong, E.Freitas, G.Vella (T.Barboza 74;) J.Corbolan (M.Ellul 35’), M.Barbosa, K.Scicluna (F.Bugeja 83’), N.Grech, S.Agius

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: Duncan Spencer u Kurt Saliba

Sliema Wanderers u Ħamrun Spartans ħallew għall-aħħar biex iddeterminaw l-iskor hekk kif il-gowls waslu kollha wara t-80 minuta logħob.

Il-Wanderers b’hekk żammew vantaġġ ta’ tmien punti fuq l-Ispartans. Dan ir-riżultat iħalli kollox f’idejn Floriana biex jieħdu t-tlett punti u jkabru l-vantaġġ fuq Sliema.

Ħamrun Spartans fetħu l-iskor fil-81 minuta kontra l-andament tal-logħib hekk kif Raphael Lopes seraq il-ballun minn Freire mil-lemin u lagħab lejn l-Internazzjonali Malti Luke Montebello li għeleb lil Emeka.

Fid-89 minuta jasal il-gowl tad-draw għal Wanderers meta is-sostitut żagħżugħ Sven Xerri xeħet fix-xibka tiegħu stess meta ddevja x-xutt ta’ Jonata.

(Ritratt: Joseph Galea)