Internazzjonali

Tirriżenja minn Segretarju tat-Trasport fl-Ingilterra wara li ddikjarat b’mod qarrieq li kienu serqulha l-mobile

Louise Haigh irriżenjat mill-Kabinett tal-Prim Ministru Keir Starmer wara li ammettiet li fl-2013 kienet irrappurtat mobile misruq… meta dan ma kienx minnu.

Haigh, li kellha 24 sena, kienet fil-fatt insterqet f’Londra tard bil-lejl. U meta ħadulha l-handbag li kellha, kienet qalet li fih – fost l-oġġetti misruqa – kien hemm mobile tax-xogħol.

Fil-verità, xi xhur wara, hi kienet sabet dan il-mobile id-dar. U issa, il-Pulizija qed jinvestigaw id-dikjarazzjoni falza li għamlet Haigh dak iż-żmien – f’perijodu meta lanqas biss kienet eletta fil-Parlament Ingliż.

Meta din is-sena nħatret Segretarju tat-Trasport, Louise Haigh kienet saret l-iżgħar mara fl-istorja li okkupat kariga fil-Kabinett tar-Renju Unit.