Fl-14-il ġurnata tas-Serie A, tlett partiti illum bl-ewwel waħda tkun bejn Como u Monza, żewġ timijiet mir-reġjun ta’ Lombardia fl-Italja. Il-partita tintlagħab fit-3pm.
Milan qed jimmiraw li jersqu iktar qrib l-ewwel sitta hekk kif jaffrontaw lil Empoli fis-6pm f’San Siro, filwaqt li l-aħħar partita tal-lum tkun Bologna u Venezia.
Għada, ħames partit mill-iskeda, bl-iktar partita notevoli tkun bejn Fiorentina u Inter fis-6:00pm fl-Artemio Franchi.
Fiorentina qed ikollhom bidu mill-aqwa hekk kif mill-ewwel 13-il logħba huma rebħu 8, ġew draw 4 darbiet u tilfu waħda biex akkumulaw 28 punt, l-istess ammont ta’ punti tal-avversarji Inter.
Intant, l-ewwel partita t’għada tkun bejn Udinese u Genoa fin-12:30pm, segwita minn żewġ partiti fit-3pm bejn Parma u Lazio u Torino u Napoli, dik tal-aħħar ukoll tkun logħba interessanti hekk kif Napoli jokkupaw l-ewwel post fil-klassifika b’29 punt, u Torino jokkupaw il-11-il post b’15-il punt.
L-aħħar partita tal-ġurnata tkun bejn Lecce u Juventus fid-8:45pm.
It-Tnejn tintlagħab il-partita bejn Roma u Atalanta fid-8:45pm, fejn La Dea jittamaw li b’rebħa jaqbżu lil Napoli u jitilgħu fl-ewwel post.
//= $special ?>