Ritratt: Joseph Galea
Neil Camenzuli
BIRKIRKARA……………….2
MOSTA………………………0
Birkirkara: G.Volpe, I. Morello, A.Sandona, S.Dimech, P.Mbong (A. Zammit 88’), K. Zammit, A.Satariano, L. Lacunza, A.Coppola, M.de Souza (S. Juan Jose 46’), Y.Gislain Gnamien (N.Micallef 74’).
Mosta: D.Udoh Akpan, P.Afriyie (B.Farrugia 89’), S.Cachia, C.Failla (G.Goncalves 72’), G.Sciberras (S.Chimezie 81’), N.Agius (S.Kone 72’), J.Agyemang, S.Okereke, J.Souza, J.Vassallo, Z.Brincat
Referee: Slobodan Petrovic
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mark Ciantar
L-Istripes irritornaw għar-rebħ wara li tilfu l-konfront tal-ġimgħa l-oħra kontra Ħamrun Spartans. Birkirkara għelbu lil Mosta 2-0 biex żammew l-ewwel post tal-klassifika tat-top six.
Il-gowls kollha jaslu fit-tieni taqsima għall-Istripes, bl-ewwel taqsima tispiċċa 0-0.
Birkirkara ħarġu jattakkaw mill-ewwel minuti hekk kif Akpan kien impenjat darbtejn fl-ewwel għoxrin minuta, minn xuttijiet ta’ Maicon u Satariano rispettivament.
Mosta jirrispondu ftit wara bit-tentattiv ta’ Brincat jgħaddi għoli.
Kien Shaun Dimech li mbagħad eventwalment skorja l-ewwel gowl tal-partita fit-52 minuta b’xutt mill-isbaħ.
Komplew jattakkaw l-Istripes, b’xutt ta’ Lacunza jgħaddi barra tlett minuti wara.
Birkirkara kkonfermaw it-tlett punti fit-92 minuta permezz tas-sostitut Andrea Zammit li xeħet ġewwa bl-ewwel u l-unika azzjoni li kellu fil-partita.
//= $special ?>