Tliet timijiet qed jaqsmu l-ewwel post tal-Veterans Malta Football Association Cisk Premier League meta baqgħu jżommu l-konsistenza tagħhom.
Gżira United għelbu lil Żurrieq Wolves 10-0 fejn l-iskorer prolifiku Daniel Mariano Bueno kien awtur ta’ ħames gowls, filwaqt li Jean Pierre Mifsud Triganza skorja tripletta personali. Justin Grioli u Pio Schiriha għaqqdu l-għaxar gowls għat-tim tagħhom.
Floriana FC Veterrans għelbu lil Rabat Veterans 6-1. Minkejja l-iskor, Rabat kellhom il-mumenti tagħhom iżda l-Furjaniżi dejjem ħadu l-okkażjonijiet li ġewhom. Glenn Bonello kien awtur ta’ doppjetta bi Brian Said, Manolto Micallef, Gianluca Calabretta u Emerson Amaira li komplew iżidu l-iskor għall-Greens. Ir-risposta ta’ Rabat waslet b’mod waħdani ta’ Byron Fenech.
L-attakkant Ayrton Buhagiar skorja seba’ gowls u kien il-protagonist assolut fir-rebħa ta’ 12-2 li Birkirkara St Helen’s kellhom kontra Hibernians. Federico Marine skorja doppjetta b’Jeffrey Chetcuti, Robert Perkins u Daniel Cremona li għaqqdu t-tuzzana għall-Karkariżi. Ilia Nazarov u Steve Bonnici wieġbu għal Hibernians.
Sadanittant MFPA ħadu walk-over fuq Żejtun Red Stars.
Finalment il-ġimgħa d-dieħla se jintlagħbu żewġ konfronti diiretti min-naħa ta’ fuq tal-klassifika fejn iċ-champions MFPA jilagħbu kontra Floriana filwaqt li t-tim fit-tieni post Birkirkara St Helen’s jaffaċċja lil wieħed mil-leaders Gżira United Veterans.
KLASSIFIKA – VMFA Cisk Premier League
Gżira United Veterans, Floriana FC, MFPA 15; Birkirkara St Helen’s 13; Rabat 7;, Żurrieq Wolves 6; Żejtun Red Stars, Hibernians 0.
//= $special ?>