Il-funeral taż-żagħżugħa Marzia Calleja Maatook se jsir is-Sibt fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Il-familja qed tappella lil dawk li jixtiequ jingħaqdu magħhom sabiex jilbsu lewn roża.
Il-funeral se jsir fit-8am.
Marzia Calleja Maatook, li kellha 24 sena, kienet instabet bla ħajja fil-Libja waqt investigazzjoni tal-Pulizija f’Mejju li għadda.
Ir-raġel tagħha Jomic Calleja Maatook, il-Malti li kien fuq il-lista tal-aktar persuni mfittxija fl-Ewropa, kien ġie arrestat wara li illokalizzawh siegħa u nofs ‘il bogħod mill-belt kapitali Tripli. Martu kienet ukoll fuq il-lista tal-aktar persuni mfittxija fl-Ewropa wara li ħarbet minn Malta flimkien ma’ żewġha.
Qraba tat-tfajla kienu rrappurtaw lill-Pulizija li ma kenux jafu fejn kienet Marzia Calleja Maatouk.
Qabel ħarbet minn Malta hija kienet ikkundannata 15-il xahar ħabs wara li kienet instabet ħatja ta’ pussess aggravat tad-droga. Għalkemm il-każ tal-mewt tagħha għadu mifni b’ħafna misteri.
//= $special ?>