Arsenal kisbu rebħa kbira ta’ 5-2 fuq West Ham fil-London Stadium. Kien Gabriel li fetaħ l-iskor wara 10 minuti. Leandro Trossard irdoppja fis-27 minuta b’Martin Odegaard minn penalty jagħmel l-iskor 3-0. Arsenal komplew ikabbru l-iskor u għamluhom 4-0 fis-36 minuta. West Ham wettqu reazzjoni u skorjaw darbtejn permezz ta’ Aaron Wan-Bissaka u Emerson. Bukayo Saka reġa fetaħ vantaġġ ta’ tliet gowls għal Arsenal ftit qabel il-mistrieħ permezz ta’ penalty ieħor.
Brentford kisbu rebħa ta’ 4-1 fuq Leicester. Kienu Leicester li fetħu l-iskor wara 21 minuta permezz ta’ Facundo Buonanotte. Yoanne Wissa ġab l-iskor indaqs erba’ minuti wara b’Kevin Schade skorja l-gowl tal-vantaġġ għal Brentford fid-29 minuta. L-istess plejer skorja għamel l-iskor 3-1 fil-ħin addizzjonali fi tmiem l-ewwel taqsima, bl-istess Schade jgħaqqad il-hat-trick fid-59 minuta.
F’Selhurst Park, Crystal Palace u Newcastle temmew fi draw ta’ 1-1. Newcastle fil-vantaġġ fit-53 minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ Marc Guehi. Crystal Palace salvaw punt fl-aħħar ħinijiet tal-partita permezz ta’ Daniel Munoz.
Nottingham Forest kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Ipswich Town. Il-gowl li ddeċieda din il-partita wasal fil-50 minuta permezz ta’ penalty ta’ Chris Wood.
F’partita oħra Bournemouth għelbu lil Wolves 4-2. Justin Kluivert poġġa liċ-Cherries fil-vantaġġ permezz ta’ penalty. Jorgen Strand Larsen ġab l-iskor indaqs. Miloz Kerkez poġġa lil Bournemouth 2-1 fil-vantaġġ qabel ma Kluivert għal darb’oħra permezz ta’ penalty għamilhom 3-1. Strand Larsen għamilhom 3-2 fid-69 minuta qabel ma’ Kluivert għaqqad il-hat-trick permezz ta’ penalty ieħor.
//= $special ?>