Frodi fuq frodi. Wieħed agħar mill-ieħor. Bil-Partit Laburista qed jibqa’ jiddefendi lil dawk li qed iħamġu isem pajjiżna. Għalkemm uħud minnhom qed jirrikonoxxu li dak li sar kien wieħed ħażin.
Dan qalu d-Deputat Laburista, Carmelo Abela waqt dibattitu li kellu max-Shadow Minister, Mark Anthony Sammut fuq l-RTK meta kienu qed jiddiskutu l-iktar skandlu riċenti tal-mara ta’ Clayton Bartolo, Amanda Muscat.
B’Carmelo Abela spiċċa jfaħħar id-deċiżjonijiet tal-Labour b’rabta ma’ dan l-iskandlu.
Mark Anthony Sammut fakkar kif iż-żewġ ministri għandhom ħtija f’dan l-iskandlu.
Mark Anthony Sammut fakkar ukoll kif Clint Camilleri mhux talli għadu ma skużax ruħu ta’ dak li sar iżda lanqas biss wera xi forma ta’ rimors.
B’Mark Anthony Sammut jgħid kif fl-aħħar snin rajna biss frodi wara l-ieħor.
//= $special ?>