“Dik li ninsabu fiha hija fażi taħraq tal-gwerra fl-Ukrajna. Iżda hemm soluzzjoni.”
Hekk iddikjara l-President Ukren, Vlodomyr Zelensky f’intervista li kellu ma’ Sky News, fejn issuġġerixxa li jkun hemm ftehim għal waqfien mill-ġlied, kemm-il darba in-NATO tieħu kontroll ta’ artu. Sabiex imbagħad, b’mod diplomatiku, anke l-bqija tal-artijiet okkupati jgħaddu lura għand l-Ukreni.
Zelensky qed jissuġġerixxi li din il-mossa issir malajr. Sabiex l-Ukrajna tibda taqa’ taħt l-umbrella tan-NATO. U din tkun garanzija li Vladimir Putin ma jirritornax biex jaħtaf aktar art tal-Ukreni.
Intant, f’din l-ewwel intervista mal-midja Ingliża minn mindu saru l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti, Volodomyr Zelensky insista li l-Ukrajna trid taħdem mill-qrib ma’ Donald Trump bil-għan li l-Gvern tiegħu jibqa’ jkollu appoġġ mill-Istati Uniti.
Din l-intervista hija l-ewwel darba li l-President Zelensky ta ħjiel dwar ftehim ta’ waqfien mill-ġlied li jinkludi l-kontroll Russu tat-territorju Ukren. Matul il-kunflitt, Zelenskyy qatt ma qal li se jċedi kwalunkwe territorju okkupat tal-Ukrajna lir-Russja, inkluża l-Krimea, li r-Russja okkupat fi Frar tal-2014.
//= $special ?>