SLIEMA FRANK SALT………… 11
VALLETTA IZIBET……………… 13
(1-3), (4-3), (2-4), (4-3)
Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Enemed Cup, Valletta Izibet għelbu lil Sliema Frank Salt u telgħu punt taħt l-istess Slimiżi. Kollox ma’ kollox rebħa meritata għat-tim ta’ Joe Cremona li wera li kien l-aktar determinat fl-ilma u qatt ma kien fi żvantaġġ tul il-konfront.
Valletta kienu ġejjin minn telfa minima kontra Neptunes u rebħa bl-għoti tal-penalties kontra Sirens filwaqt li Sliema rebħu kontra l-aħħar żewġ timijiet jiġifieri Birżebbuġa u Marsaskala rispettivament. Għal Sliema għamel id-debutt il-gowlkiper Benji Busuttil, inċidentalment kontra l-eks tim tiegħu.
Tripletta ta’ Matthew Mifsud fl-ewwel sessjoni għenet lil Valletta jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1. Il-vantaġġ tal-Beltin kiber għal 5-1 fit-tieni sessjoni sakemm Sliema naqqsu d-distakk għal gowl bi tliet gowls konsekuttivi.
Sliema għamlu l-iskor 6-6 fit-tielet sessjoni iżda Valletta reġgħu bnew vantaġġ ta’ 10-7, kompliċi wkoll it-tkeċċija għal brutalità ta’ Jamie Gambin li ħalliet lil Sliema jilagħbu bi plejer anqas għal erba’ minuti maqsuma bejn tmiem it-tielet sessjoni u l-bidu tal-aħħar sessjoni.
Madankollu Valletta ma beżgħux għal vantaġġ ta’ 11-7 u Sliema li ssaħħew bi plejers indaqs fl-ilma, irkupraw l-iżvantaġġ b’doppjetta ta’ Liam Galea u gowls ta’ Elijah Schembri u Benji Cachia. Iżda kontra dak li ġara fil-logħbiet preċedenti, din id-darba Valletta rnexxielhom jirbħu l-logħba b’gowls ta’ Max Zammit u lob preċiż ta’ Ivan Nagaev.
Sliema: Z. Dzanovic, E. Schembri (3), L. Galea (3), J. Gambin (1), J. Cassar (1), B. Cachia (2), M. Soler, D. Rizzo, J. Brownrigg, A. Galea, J. Chircop, D. Zammit (1), B. Busuttil, S. Engerer
Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (4), M. Carani (2), J. Sciberras, S. Busuttil (1), Z. Cutajar Licari, M. Zammit (2), I. Nagaev (3), K. Borg (1), M. Chircop, K. Cremona, G. Borg, L. Hyzler
Referees: Alex de Raffaele, Neville Mercieca
NEPTUNES VIDEOSLOTS…… 19
MARSASKALA OPTIMA……… 7
(5-3), (6-0), (3-3), (5-1)
Neptunes Videoslots baqgħu b’punti massimi b’rebħa faċli fuq Marsaskala Optima anki jekk mingħajr il-captain Stevie Camilleri. Neptunes bnew vantaġġ bikri ta’ 3-0, b’reazzjoni parzjali ta’ Marsaskala tnaqqas id-distakk għal 4-2. Kien fit-tieni sessjoni li Neptunes inqatgħu minn mal-avversarji b’sitt gowls mingħajr risposta li kabbru l-vantaġġ għal 11-3.
B’rotazzjoni kontinwa miż-żewġ kowċis fit-tieni parti tal-konfront, il-logħba kompliet tnaqqas mill-aspett kompetittiv, b’Neptunes li baqgħu fil-kontroll tal-logħba. Fit-tielet sessjoni, Marsaskala rnexxielhom jistejqru ftit iżda fl-aħħar sessjoni, Neptunes sabu l-ħin biex ikabbru l-marġni tar-rebħa.
Neptunes: M. Castillo, L. Mallia (2), S. Gialanze (4), A. Aquilina, M. Lanzon (2), J. Valletta (2), J. Pawley (2), L. Montebello Brownrigg, M. Castillo (3), A. Fava (3), E. Mallia, M. Farrugia, R. Spiteri (1)
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (1), T. Fenech, J. Pace Mizzi, J. Simpson (3), R. Greco (1), M. Agius, E. Bilgrin, K. Grech, G. Sammut (1), J. Ciantar, J. Colombo, L. Gatt, N. Spiteri (1)
Referees: Stefan Licari, Juana Cauchi
SAN ĠILJAN JP PROJECTS…… 15
EXILES WELBEE’S…………………… 8
(5-2), (2-1), (3-3), (5-2)
Tlieta minn tlieta għal San Ġiljan JP Projects. Wara Birżebbuġa u Marsaskala, il-Ġiljaniżi din id-darba għelbu lil Exiles Welbee’s. Minkejja li r-rebħa qatt ma kienet f’dubju u fl-assenza tal-captain Matthew Zammit, Exiles offrew sfida f’mumenti mil-logħba. Wara doppjetta kmieni ta’ Ben Plumpton u gowl ta’ Luigi Dimech, Exiles naqqsu d-distakk għal 3-2.
Il-vantaġġ ta’ San Ġiljan immatura għal 8-3 fit-tielet sessjoni iżda Exiles daħlu parzjalment fil-logħba b’gowl ta’ Kurt Griscti u doppjetta ta’ Mark Fenech. Hawn it-tim ta’ Zeljko Kovacic għolla r-ritmu tal-logħba, temm is-sessjoni 10-6 u aċċerta mir-rebħa fil-bidu tal-aħħar sessjoni bi tliet gowls oħra biex minn hemm ikkontrolla sat-tmiem.
San Ġiljan: M. Xerri, N. Bugelli, D. Tully (1), G. Bonavia (2), R. Caruana, L. Dimech (2), J. Bonavia (3), B. Plumpton (2), J. Abela (3), N. Zammit, D. Zammit, N. Schiavone (2), Z. Attard, S. Cutajar
Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt, Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci, M. Paris Roding, M. Fenech (5), K. Griscti (2), M. Naudi, K. Tanti, K. Navarro (1), L. Felice, G. Galea Curmi
Referees: Richard Magri, Luke Galea
SIRENS BUILD FITNESS………. 19
BIRŻEBBUĠA ASC……………….. 13
(6-2), (3-3), (6-3), (4-5)
Sirens Build Fitness irritornaw għar-rebħ wara ż-żelqa kontra Valletta fl-aħħar logħba. Tliet punti kontra Birżebbuġa li waslu mingħajr wisq diffikultà. Zach Mizzi u Gianni Farrugia bdew iwittu t-triq għar-rebħa b’doppjetti kull wieħed fl-ewwel sessjoni.
Birżebbuġa urew ftit reżistenza fit-tieni sessjoni għalkemm Sirens baqgħu dejjem fil-kontroll tal-logħba. Huma neħħew kull dubju mir-riżultat fit-tielet sessjoni b’sitt gowls li waslu minn sitt plejers differenti, bl-uniku konsolazzjoni għal Birżebbuġa fl-aħħar sessjoni kienet li rnexxielhom jillimitaw ftit id-danni tad-distakk.
Sirens: M. Bonello DuPuis, P. Serracino (2), Z. Mizzi (5), J. Cachia (2), K. Agius (1), M. Ortoleva (2), I. Riolo (2), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (3), M. Sciberras, M. Azzopardi (2), I. Schembri, A. Dimech
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (2), M. Cassar (1), D. Incorvaja, S. Bezzina, M. Manara (2), J. Abdilla, N. Saliba (3), D. Farrugia (1), M. Cutajar (1), M. Mannino (3), M. Curmi, S. Livori, J. Saliba
Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri
Kif Jinsabu
L | R | D | T | F | K | Pti | |
San Ġiljan | 3 | 3 | 0 | 0 | 45 | 21 | 9 |
Neptunes | 3 | 3 | 0 | 0 | 44 | 28 | 9 |
Sirens | 3 | 2 | 1 | 0 | 43 | 30 | 7 |
Sliema | 3 | 2 | 0 | 1 | 57 | 18 | 6 |
Valletta | 3 | 1 | 1 | 1 | 41 | 40 | 5 |
Exiles | 3 | 0 | 0 | 3 | 18 | 35 | 0 |
Birżebbuġa | 3 | 0 | 0 | 3 | 24 | 56 | 0 |
Marsaskala | 3 | 0 | 0 | 3 | 14 | 58 | 0 |
Logħob li jmiss
It-Tlieta 3 ta’ Diċembru
Marsaskala v Sirens 6.15pm
Valletta v San Ġiljan 7.30pm
L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru
B’buġa v Neptunes 6.15pm
Exiles v Sliema 7.30pm