Żagħżugħ qed isofri minn xi ġrieħi wara li dalgħodu għall-ħabta tas-6:30 kellu inċident ma’ vann.
L-inċident seħħ f’It-Telgħa ta’ Selmun meta ż-żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Imsida kien qed isuq vann tal-għamla Toyota meta għal xi raġuni tilef il-kontroll, mar fil-karreġġjata l-opposta u ħabat ma’ vann ieħor tal-għamla Isuzu.
Fil-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna liż-żewġ sewwieqa, b’dak tal-Isuzu ma jsofri l-ebda ġrieħi tant li rrifjuta l-għajnuna medika. Min-naħa l-oħra, is-sewwieq tat-Toyota ttieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Fil-post inħoloq it-traffiku għal xi ħin kawża ta’ dan l-inċident.
//= $special ?>