Aktar leaks mill-qalba tal-Partit Laburista hekk kif f’idejn Net News waslet kopja tad-diskors li se jagħmel dalgħodu f’Għawdex il-Mexxej Laburista.
Din hija l-ewwel darba li dan is-sit kellu leak ta’ din ix-xorta mill-qalba tal-Labour.
Il-leak ġiet żvelata minn Net News fl-10:38am. U wara li Abela nduna li llikjawlu d-diskors tiegħu, l-attività tal-Partit Laburista f’Għawdex spiċċat bdiet tard minħabba l-paniku li qalgħet din l-aħbar esklussiva.
Fil-kopja li rajna kien hemm referenza għall-Eks Ministru Laburista Justyne Caruana, li kellha tirriżenja minħabba każ identiku għal dak li kienu imdaħħlin fih Clayton Bartolo u Clint Camilleri.
Issa, minħabba li Abela żamm miegħu lil Camilleri, kellu bilfors idur fuq Justyne Caruana biex jilaqagħha lura fil-Partit Laburista.
Fuq Facebook, id-deputat Alex Borg stqarr li issa Abela qed jipprova jgħaqqad il-puzzle. U qal li “waħda mill-biċċiet tal-puzzle se jsibha dalgħodu wara li remiha hu stess”.
//= $special ?>