Lokali Turiżmu

“Hemm bżonn viżjoni u li ninvestu aktar fl-infrastruttura” – Andrew Agius Muscat

Fi kliem il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA Andrew Agius Musca,t hemm bżonn li l-pajjiż ikun iffukat fuq kif nistgħu nindirizzaw l-isfidi preżenti fit-turiżmu u ninvestu aktar f’dan il-qasam – speċjalment fejn jidħol reklamar.

Meta pparteċipa fl-attività tal-PN dalgħodu fil-Qrendi, Agius Muscat fakkar li t-turiżmu huwa storja ta’ suċċess, li hija mibnija fuq snin twal ta’ ħafna xogħol.

Hu qal li bħala MHRA qatt ma kienu kontra x-short lets, għaliex hemm domanda. Iżda insista li f’dan ir-rigward hemm bżonn management tajjeb u mhux kollox jitħalla għal rieħu.

Agius Muscat saħaq li bħala pajjiż hemm bżonn li ninvestu fl-infrastruttura tad-drenaġġ u l-elettriku. Dan filwaqt li xegħel bozza ħamra fuq il-problema enormi tad-dorga, u t-traffikar tal-persuni.

Hu temm billi qal li l-pajjiż għandu bżonn viżjoni ċara.