Iċ-champion Max Verstappen rebaħ bl-aktar mod drammatiku il-Grand Prix tal-Qatar meta f’taqtiegħa ma’ Lando Norris ħareġ rebbieħ wara li s-sewwieq Ingliż kien penalizzat 10 sekondi wara naqas milli jimxi mal-istruzzjonijiet tal-marshalls.
It-tellieqa kienet dominata minn numru ta’ inċidenti bl-aktar wieħed li jispikka jkun dak fl-ewwel dawra bejn Nico Hulkenberg, Esteban Ocon u Franco Colapinto.
Fit-tieni post temm Charles Leclerc u kien segwit minn Oscar Piastri. George Russell u Pierre Gasly temmew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Carlos Sainz temm fis-sitt post filwaqt li Fernando Alonso temm fis-seba’ pożizzjoni. Zhou Guanyu u Kevin Magnussen temmew fit-tmien u d-disa’ post b’Lando Norris itemm fl-għaxar pożizzjoni.
//= $special ?>