Lokali

Il-kumpanija Net Media tirbaħ erba’ unuri fis-serata organizzata mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

Kienet serata ta’ suċċess għal Net Media, hekk kif fl-Awards tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin din il-kumpanija rebħet erba’ unuri prestiġjużi.

Fil-fatt, Net Media rebħet l-unur għall-Aqwa Ġurnaliżmu Speċjalizzat – award li mar għall-produzzjoni ta’ Neil Camilleri u Giuseppe Attard – f’isem Unhidden Stories – mill-Ukrajna. L-istess produzzjoni li xxandret fuq Net Television rebħet l-unur għall-aħjar użu tal-lingwa Maltija fix-xandir.

Il-kontributur ta’ ‘Il-Mument’ Noel D’Anastas rebaħ l-unur għall-aħjar użu tal-Malti miktub.

Ir-raba’ u forsi l-aktar unur prestiġjuż kien dak tal-Aqwa Ġurnaliżmu Politiku. Dan l-award mar għax-xandira maratona ta’ NETLIVE li twasslet dakinhar li l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat tressaq il-Qorti.