Waqt l-attività tal-Ħadd fil-Qrendi, il-Professur Michael Briguglio fakkar kif fl-aħħar snin ittieħdu deċiżjonijiet min-naħa tal-Gvern sabiex jiġu aġevolati tal-qalba. Dan meta suppost, spjega Briguglio, il-politika qegħda hemm biex ittejjeb il-ħajja tan-nies.
Fid-diskors tiegħu, hu fisser kif id-deċiżjonijiet tal-Gvern qed iħallu effett dirett b’mod negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Hawn, hu appella għal konsultazzjoni vera min-naħa ta’ min jinsab fit-tmexxija. Insista fuq l-importanza li wieħed jagħti kas lil dawk li sejjaħ “il-vuċijiet inviżibbli”.
In-nies iridu pajjiż normali u serħan tal-moħħ, u mhux skandli. “In-nies iridu għaqal, u governanza tajba”, insista Michael Briguglio.
