Colin Schembri
Tigers……………………………………..58
Luxol Sherries Estates…………..136
(19-29)(8-41)(11-36)(20-30)
Luxol Sherries Estates bdew il-ġurnata b’rebħa faċli fuq Tigers b’dawn tal-aħħar jintroduċu player ġdid Israel Lockamy. Fl-ewwel minuti tal-partita kien hemm bilanċ bejn iż-żewġ timijiet bit-team ta’ Tigers saħansitra jmorru għal darbtejn fuq quddiem b’baskets minn Sassoun Saakian u Daniele Militello. Luxol bdew ġejjin bit-trippli minn Darron Howard u Nathan Xuereb però Tigers baqgħu viċin u naqqsu d-distakk għal punt 17-18 wara azzjoni ta’ Daniel Borg. Hawn Luxol għamlu run ta’ 11-2 bi trippla ta’ Howard u temmew l-ewwel sessjomni 29-19 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Luxol bdew iżidu l-vantaġġ bil-press tagħhom fejn serqu diversi balen f’run oħra ta’ 12-0 b’punti minn Caleb Mccrary u Adam Azzopardi. Wara trippla ta’ Lockamy għal Tigers, Luxol komplew jiddominaw b’run oħra ta’ 13-0 bi trippli minn Azzopardi u Stefan Cappello biex daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu 70-27.
It-tielet taqsima kienet fuq l-istess andament fejn wara basket fuq kull naħa, Luxol komplew b’runs qawwija ta’ 11-0 u 14-3 li rathom jagħqqdu l-mitt punt bi trippla ta’ Nathan Xuereb u komplew biex temmew il-perjodu 106-38 minn fuq. Fl-aħħar taqsima kien hemm spazju għall-aktar trippli minn Luxol fosthom minn Jean Paul Schembri, Isaac Azzopardi u Nenad Bukva. Tigers ukoll kelljhom żewġ trippli minn Lockamy però l-players żgħażagħ ta’ Luxol komplew jiddominaw u l-partita għalqet b’żewġ trippli ta’ Xuereb għal skor finali ta’ 136-58,
Tigers: D. Pisani 6, S. Hamparsoumian 15, D. Borg 2, I. Lockamy 17, M. Jalkh 4, S. Saakian 8, D. Militello 6.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 27, E. Caruana Montaldo, A. Azzopardi 11, I. Azzopardi 3, JP Schembri 13, N. Xuereb 19, P. Engelbert 8, N. Bukva 8, CJ Mccrary 40, M. Matijevic, S. Cappello 7.
Referees: Miguel De Flavia, Ylenia Bonnett, Andre Attard
Starlites JSD………………..101
Athleta AtoZ……………….83
(28-22)(25-12)(26-19)(22-30)
Starlites JSD kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Athleta AtoZ 101-83. Athleta kienu ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi fosthom waħda kumbattuta kontra Valletta matul il-ġimgħa. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom bl-eċċezzjoni ta’ Luca Riolo li kien nieqes għal Starlites li però rkupraw lil Kurt Xuereb. Athleta bdew il-partita bi trippli ta’ Juan Cefai għalkemm Joe Davis irrisponda għal Starlites. Starlites għamlu sitt punti mingħajr risposta kollha minn Trevon Reddish fosthom trippla qabel ma Robert Vitale kiseb trippla għall-Athleta. Athleta komplew bil-punti ta’ Kurt James però Ben Curran kellhu trippla oħra għal Starlites biex is-sessjoni għalqet bi Starlites fuq quddiem 28-22. Fit-tieni taqsima, Starlitres reġgħu fetħu b’seba’ punti oħra bi trippla ta’ Davis qabel ma waslu l-ewwel punti tal-Athleta b’basket ta’ Isaac Xuereb. Starlites komplew iżidu l-vantaġġ meta għamlu run ta’ 12-0 bi three pointers ta’ Matthew Scerri u Miguel Fabri. Athleta kellhom risposta minn James u Maxwell Amoafo però fl-intervall Starlites kienu 19 minn fuq 53-34.
Wara l-intervall, reġgħu kienu Starlites li bdew l-aħjar din id-darba bi break ieħor ta’ 9-0 bil-punti ta’ Davis u trippla ta’ Scerri. Athleta rrispondew bill-punti ta’ Cefai u James però xorta kienu għadhon 43-64 minn taħt. Starlites komplew ikabbru l-vantaġġ bi tlett trippli oħra minn Davis, Curran u Xuereb biex id-distakk tela’ għal 26 punt fi tmiem it-taqsima 79-53. Athleta tħabtu biex inaqqsu d-distakk fir-raba’ perjodu tant li f’inqas minn erbgħa minuti naqqsuh għal 16 –il punt bil-coach Paul Ferrante kostrett isejjaħ time-out. Għal xi ħin Athleta komplew jagħfsu speċjalment wara punti konsekuttivi minn Caleb Matthews u trippla ta’ James. Miguel Fabri wkoll għamel trippla għal Starlites li reġgħu ħadu l-partita f’idejhom u għalquha b’run ta’ 8-0 biex ħarġu rebbieħa 101-83.
Starlites JSD: B. Curran 13, J. Davis 34, A. Aquilina, K Fabri 1, I. Felice Pace, M. Fabri 13, M. Scerri 15, L. Farrugia, K. Xuereb 6, N. Sultana, K. Mortensen 2, T. Reddish 17.
Athleta AtoZ: B. Zammit, R. Vitale 8, A. Garcia, C. Matthews 19, M. Azzopardi, I. Xuereb 7, K. James 22, A. Bozanic, L. Borg, J. Cefai 10, M. Amoafo 15, G. Cassar 2
Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi, Wendell Lim
Sigma Depiro………………89
Hibernians………………….94
(31-26)(21-18)(19-16)(18-34)
Hibs irkupraw distakk ta’ 17 –il punt biex ħadu s-seba’ rebħa tal-kampjonat din id-darba kontra Bettson Depiro. Għal Hibs kien hemm ir-ritorn tal-Amerikani Tederick Wolfe u Derek Brown flimkien ma’ Ivan Demcesen li ġew imserrħa mill-coach Christian Narcisio fil-partita kontra Tigers ta’ matul il-ġimgħa. Depiro finalment setgħu jutilizzaw lill-Amerikan Brandon Porter li rkupra minn injury f’idejh li sofra fl-ewwel partita tiegħu f’pajjiżna. L-erba’ players sabu post mal-ewwel ħamsa tat-team tagħhom. Depiro malajr fetħu l-partita bi trippla ta’ Dominic Tomasi fuq assist ta’ Porter. Wara risposta minn Demcesen għal Hibs, Depiro kellhom trippla oħra minn Tomasi flimkien ma’ Porter u Nikola Bozovic biex sa’ nofs is-sessjoni kienu 11-5 minn fuq. Wara time-out ta’ Narcisio, kien hemm risposta mmedjata minn Hibs bi trippla ta’ Brown però Bozovic kiseb trippla wkoll fl-attakk ta’ wara. Depiro komplew b’ħames punti oħra iżda Brown ui Wolfe komplew jiksbu l-punti ta’ Hibs fi break ta’ 13-2 fejn kien hemm ukoll trippla ta’ Stefan Simic biex l-ewwel taqsima għalqet bid-Depiro fuq quddiem 31-26. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu kien hemm punti fuq iż-żewġ naħat biex Depiro żammew vantaġġ ta’ 6 punti 40-34. Depiro komplew b’żewġ trippli konsekuttivi minn Sean Galea u David Buigeja però Hibs baqgħu viċin grazzi għal Demcesen u Matthew Gouder. Baskets ta’ Bugeja u Cornelius reġgħu taw vantaġġ ta’ 10 punti lil Depiro però fl-aħħar sekondi kien hemm punti minn Demcesen u Brown għal skor ta’ 52-44.
Depiro fetħu t-tielet taqsima bi tmien punti mingħajr risposta, kollha minn Porter biex fetħu vantaġġ ta’ 16 –il punt 60-44. Hibs wieġbu bil-punti minn Demcesen u Brown għal darb’oħra però Cornelius u Tomasi malajr reġgħu kabbru l-vantaġġ ta’ Depiro. Is-sessjoni għalqet b’żewġ baskets fuq kull naħa għal skor ta’ 71-60. Fl-aħħar taqsima, Hibs bdew jersqu viċin ir-rimonta hekk kif bdew hekk kif bdew bi break ta’ 8-2 bil-coach Sasha Dimitrijevic ikollu jgħajjat time-out biex iwaqqfilhom ir-ritmu. F’nofs is-sessjoni id-distakk niżel għal punt wara trippla ta’ Neil Cassar u fl-attakk ta’ wara foul anti-sportiv ta’ Tomasi fuq Wolfe issarraf f’żewġ free-throws li poġġew lil Hibs fuq quddiem. Il-fouls żdiedu f’din it-taqsima u l-freethrows bdew ikunu deċiżivi però sas-seba’ -minuta Hibs kienu għadhom basket minn fuq 81-79. Iż-żewġ timijiet komplew tilgħin rasimbras però Hibs fetħu vantaġġ ta 5 punti fl-aħħar 10 sekondi 91-86. Brincat għamel trippla għal Depiro però malajr wieġbu Gouder u Wolfe biex Hibs ħarġu rebbieħa 94-89.
Bettson Depiro: S. Galea 5, D. Bugeja 20, N. Bozovic 15, N. Zivkovic, L. Stefanovic, A. Trapani, D. Tomasi 10, B. Porter 18, M. Brincat 3, C. Cornelius 18, M. Debattista
Hibernians: N. Cassar 7, T. Wolfe 27, D. Brown 8, P. Attard, V. Kustodija, A. Axiaq2, M. Gouder 14, M. Attard , T.Gjurovski, M. Mallia 2, I. Demcesen 9, S. Simic 3.
Referees: Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu, Miguel De Flavia.
//= $special ?>