Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: Rimonta minn Starlites JSD tagħti l-ewwel telfa lil Luxol…

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Starlites JSD…………………….65

Caffè Moak Luxol…………..63

(17-16)(17-14)(7-21)(24-12)

Starlites JSD ġew lura minn distakk ta’ 16 -il punt fit-tielet sessjoni meta b’rimonta fir-raba’ taqsima taw l-ewwel telfa lil Caffè Moak Luxol fil-kampjonat. Spikkaw il-players bħal Josephine Diaby li kellha tripple double bi 12 -il rebound, 10 assists u 16 -il punt u l-Amerikana ta’ Starlites Makaila Napoleon li kellha 13 -il rebound, sofriet 10 fouls u skorjat 33 punt. Luxol kellhom wirja mill-aqwa fit-tielet sessjoni fejn għal ħin twil ħallew lil Starlites fuq punt wieħed biss. Il-partita bdiet b’ritmu mgħaġġel fejn Luxol ħarġu aktar b’saħħithom grazzi għal żewġ trippli minn Brandi Huffhines f’run ta’ 8-3. Starlites wieġbu b’żewġ runs qosra, inkluż trippla ta’ Mikela Riolo, biex baqgħu viċin fl-iskor. Napoleon kisbet punti għal Starlites b’7 punti, fosthom trippla lejn tmiem is-sessjoni għal skor ta’ 17-16 wara li Lisa u Anna Fenech Pace wieġbu għal Luxol. Fil-bidu tat-tieni taqsima, Starlites komplew bill-punti ta’ Napoleon u Riolo. Luxol żammew il-pass grazzi għal Sarah Fenech Pace u Huffhines, speċjalment b’punti minn offensive rebounds. Starlites għamlu break qasir ta’ 7-2 fl-aħħar minuti tal-perjopdu biex Starlites kellhom vantaġġ ta’ 4 punti sal-intervall 34-30.

Luxol iddominaw għal kollox it-tielet taqsima, speċjalment b’wirja mill-aqwa ta’ Josephine Diaby u flimkien ma A. Fenech Pace li kellha trippla. L-attakk tagħhom kien bla risposta, fejn għamlu run ta’ 21-1 b’fast breaks ripetuti. Starlites irkupraw xi ftit minuta u nofs mit-tmiem b’sitt punti mingħajr risposta minn Napoleon għal distakk ta’ 10 punti 41-51 favur Luxol. Fl-aħħar sessjoni, Starlites reġgħu sabu l-pass tagħhom u bdew jersqu viċin bi trippla ta’ Catherine Cilia flimkien ma’ Michela Zammit Cordima. Immexxija minn Napoleon u Sasha Lecuyer, ġabu l-partita lura 57-57 f’nofs is-sessjoni. Wara li Luxol reġgħu marru minn fuq b’baskets minn Diaby u Lisa Fenech Pace, fl-aħħar 15 -il sekonda Starlites kellhom 3 punti minn Napoleon u free-throw ta’ ta’ Riolo biex Starlites rebħu b’distakk minimu 65-63 wara partita missielta.

Starlites JSD: S. Lecuyer 7, M. Riolo 8, C. Cilia 5, P. Riolo 6, M. Zammit Cordina 5, Y. Bonett, M. Fenech, M. Napoleon 33, L.M. Zammit , F. Vella, Y. Ferrando 1, C. Curmi.

Caffè Moak Luxol: G. Carabott, L. Fenech Pace 14, M. Marmara, J. Said, E. Abela, S. Fenech Pace 10, J. Diaby 16, B. Huffhines 9, V. Baldacchino 7, S. Sciberras, R. Naudi, A. Fenech Pace 7.

Referees: Bernard Vassallo, Nelson Da Silva, Fiorentina Ciurariu.

Bettson Depiro…………………61

Valletta Lioneses……………..29

(26-6)(12-6)(9-9)(14-8)

Bettson Depiro rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Valletta Lionesses 61-29. Valletta kienu mingħajr l-aħjar żewġ skorers tagħhom Milica Stefanovic u l-Amerikana Janea Barnes u n-nuqqas tagħhom inħass ferm speċjalment fl-attakk tant li Valletta kellhom biss 29 punt. Minn naħa l-oħra, l-coach ta’ Depiro Julian Naudi ta ħafna ħin lill-players żgħażagħ u serraħ players bħal Julia Borg, Kristy Galea u l-Amerikana Janai Crooms. Depiro fetħu tajjeb u sa’ nofs it-taqsima huma kienu diġa 16-2 minn fuq. Galea kellha żewġ trippli flimkien ma’ Crooms, Joselle Borg Cardona u Claire Ciantar. Il-punti ta’ Valletta kienu limitati għal 6 minn Nicole Montalvo, Nicole Caruana u Aleksandra Nikishina għal skor ta’ 26-6. Depiro komplew bi break ta’ 8-0 fit-tieni perjodu bil-punti ta’ Galea u Julia Borg Xerri. Valletta wieġbu permezz ta’ Maria Momcilovic u Caruana, iżda Depiro wieġbu b’erba’ punti ta’ Ciantar għal skor ta’ 38-12.

It-tielet sessjoni kienet aktar bilanċjata fejn iż-żewġ timijiet sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti. Valletta bdew b’basket minn Caruana qabel ma’ Depiro wieġbu bi break ta’ 7-0. Valletta wkoll kellhom sitt punti konsekuttivi minn Caruana u Nicole Montalvo biex Depiro temmew il-perjodu fuq quddiem 47-21. L-aħħar sessjoni kienet biss formalita fejn Depiro kellhom run oħra ta’ 10-0 bi trippla ta’ Borg Xerri flimkien ma’ Borg Cardona u Sciberras. Valletta waqqfuhom b’punti minn Jennifer Apap Brown u Maria Mifsud biex Depiro għalqu l-partita bl-aħħar punti minn Borg Xerri u Ciantar għal skor finali ta’ 61-29.

Bettson Depiro: J. Borg Xerri 12, J. Magri, J. Mallia 2, L. Sciberras 6, C. Ciantar 12, J. Borg 2, M. Micallef, N. Borg 4, K. Galea 11,J. Borg Cardona 3, H. Farag 2, J. Crooms 7.

Valletta Lionesses: J. Barnes, S. Abugrin, J. Apap Brown 4, N. Caruana 6, M. Momcilovic 3, M. Mifsud 8, A. Nikishina 2, N. Montalvo 6, T. Nikishina.

Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Wendell Lim

Hibernians…………64

Athleta……………….57

(14-16)(21-16)(13-8)(16-17)

Hibernians ħadu it-tieni rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Athleta 64-57 għalkemm batew iktar milli mistenni biex ħarġu b’dan ir-riżultat. Athleta ħarġu fuq quddiem grazzi għal trippla ta’ Nicole Vella fl-ewwel minuta, iżda Makaila Brandon wieġbet għal Hibernians b’żewġ trippli. Għal ħin twil, Athleta kellhom vantaġġ b’run ta’ 12-0 bi trippla ta’ Britney Agius flimkien ma’ Francesca Sant u Kennedi Williams. Hibs ġew lura b’run qasira ta’ 8-1 lejn it-tmiem grazzi għal trippla ta’ Steffi De Martino u baskets ta’ Julija Dabic għal skor ta’ 16-14 favur Athleta. Hibernians bdew fuq it-tieni perjou b’run ta’ 9-3 b’żewġ trippli ta’ Brandon. Vella żammet lil Athleta fil-partita b’żewġ trippli, iżda De Martino u Bonett wieġbu għal Hibernians. Agius kellha trippla oħra għall-Athleta iżda Hoibs marru għall-intervall fuq quddiem 35-32.

Fit-tielet sessjoni Hibs kellhom il-punti minn Dabic u De Martino qabel ma Williams u Vella rrispondew għall-Athleta. Dabic kompliet issib spazju fiż-żona avversarja u kisbet tlett baskets oħra flimkien ma’ trippla ta’ De Martino però Vella wkoll għamlet trippla oħra għall-Athleta għal skor ta’ 48-40. Hibs ħadu vantaġġ b’figuri doppji għall-ewwel darba fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni wara free-throws ta’ Naomi Farrugia. Athleta però għamlu run ta’ 7-0 bi trippla minn Agius biex naqqsu d-distakk għal tlett punti 50-47. Madankollu, De Martino kienet strumentali b’żewġ three pointers biex Hibs reġgħu marru 11 minn fuq u minkejja l-aħħar sforzi ta’ Athleta fosthom trippla ta’ Francesca Sant, Hibs ħarġu rebbieħa 64-57.

Hibernians: M. Brandon 19, E. Farrugia, E. Cassar 1, A. Saliba, J. Abela, M. Bonett 2, S. De Martino 23, K. Calleja, N. Farrugia 2, K. Caruana, A. Mallia, J. Dabic 17.

Athleta: K. Williams 16, B. Agius 11, M.Ferrante, N. Vella 19, M. Cassar Pickard, F. Sant 7, J. Cipriott, Ke. Abela, C. Caruana, Ka. Abela, L.Camilleri 4, L. Mercieca.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Andre Attard, Wendell Lim