Internazzjonali

L-Elezzjonijiet fl-Irlanda:  Eqreb ta’ koalizzjoni fost l-għadd tal-voti…Iżda l-ftehim finali għandu jkun diffiċli

L-indikazzjonijiet qegħdin juru li r-Repubblika Irlandiża għandha titmexxa mill-partiti taċ-ċentru-lemin li ddominaw il-Gvernijiet ta’ dan il-pajjiż għal 100 sena u li se jinkludu wkoll xi entitajiet sieħba tax-xellug.

Sadanittant, hemm l-ottimiżmu fost l-uffiċjali tal-Partiti Fianna Fáil and Fine Gael għallemm huma, fl-istess ħin, qed jammettu li, ‘il quddiem,  kapaċi jkun hemm negozjati diffiċli ħafna qabel il-konklużjoni ta’ koalizzjoni.

L-għadd tal-voti qed ikompli u wara li Micheál Martin, ta’ Fianna Fail, Mary Lou McDonald ta’ Sinn Fein u Simon Harris, ta’ Fine Gael kienu kollha eletti.

F’dan il-proċess għandhom ikunu eletti 174 deputat għall-Parlament u permezz tal-bidliet fil-kostitwenzi tal-Irlanda.  Dan wara li fl-elezzjonijiet tal-2020 kienu eletti mhux aktar minn 160 deputat.

L-aħħar exit polls indikaw li Sinn Fein għandu vantaġġ minimu fuq il-partiti Fine Gael u Fianna Fail fir-rigward ta’ voti tal-ewwel preferenza. Min-naħa tiegħu, Roderic O’Gorman, tal-Partit tal-Ħodor, qal li l-partit tiegħu ‘ma marx daqstant tajjeb’ u fost is-sinjali li numru ta’ deputati li jirrappreżentaw dan il-partit se jitilfu posthom fil-Parlament.

Intant, mistenni jkun diffiċli biex Fine Gael jidħol mill-ġdid f’koalizzjoni ma’  Fianna Fáil mingħajr ftehim biex ir-rwol ta’ Prim Ministru jinqasam bejn il-partiti fuq l-erba’ snin li ġejjin.

Sadanittant, hu probabbli li Fianna Fáil iżid il-vantaġġ fis-siġġijiet fuq Fine Gael meta mqabbel mal-elezzjoni tal-2020….Elezzjoni li rriżultat f’koalizzjoni bejn dawn il-partiti bil-kundizzjoni li l-Prim Ministru Irlandiż jinbidel f’nofs il-leġislatura u skont ftehim speċifiku.

Dan meta l-Partit Sinn Féin anki qed jittama li, għall-ewwel darba, jaċċerta anki mill-akbar numru ta’ siġġijiet fil-Parlament ta’ Dublin.