Futbol Sport

Liverpool b’disa’ punti vantaġġ f’ras-il klassifika b’rebħa fuq Manchester City

Liverpool kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 fuq Manchester City biex issa jinsabu disa’ punti vantaġġ fuq Arsenal f’ras-il klassifika u 11-il punt vantaġġ fuq l-istess Man City. Cody Gakpo poġġa lir-Reds fil-vantaġġ wara 12-il minuta. Liverpool aċċertaw mir-rebħa fit-78 minuta permezz ta’ penalty ta’ Mohamed Salah.

Rebħa kbira għal Manchester United ta’ Ruben Amorim meta għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 4-0. Marcus Rashford poġġa lir-Red Devils fil-vantaġġ fl-34 minuta, bl-attakkant Olandiż Joshua Zirkzee jirdoppja fil-41 minuta. Rashford għamilhom 3-0 fis-46 minuta b’Zirkzee jiskorja t-tieni gowl tiegħu u r-raba’ wieħed għal Manchester United fl-64 minuta.

Chelsea għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 3-0. Nicolas Jackson fetaħ l-iskor għal Cheslea wara seba’ minuti. Enzo Fernandez irdoppja fis-36 minuta. Sbatax-il minuta mit-tmiem, Cole Palmer għamel l-iskor 3-0.

Tottenham u Fulham ħadu punt kull wieħed meta temmew fi draw ta’ 1-1. Brennan Johnson poġġa lil Tottenham fil-vantaġġ fl-54 minuta. Fulham għamlu l-iskor indaqs fis-67 minuta permezz ta’ Tom Cairney.