Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna bl-iktar mod qawwi u kategoriku d-diskors ta’ Robert Abela waqt attività politika tal-Partit Laburista li matulu nqeda bil-mewta traġika tal-għażiż Karl Gouder biex jipprova jsalva ġildu u jiddevja l-attenzjoni mill-ħniżrijiet li qed iwettaq il-Gvern tiegħu.
L-imġiba ta’ Robert Abela hija waħda diżgustanti, perikoluża u irresponsabbli u intiża biss biex tiddevja l-attenzjoni mill-korruzzjoni li jinsab mgħarraq fiha flimkien mal-bqija tal-Ministri tiegħu.
Robert Abela lest jarmi lil kulħadd u jinqeda b’kollox u b’kulħadd, inkluż bil-mewta traġika tal-għażiż Karl Gouder, biex jibqa’ marbut mas-siġġu tal-poter. Robert Abela m’għandu rispett lejn ħadd, lanqas lejn il-mejtin u l-familjari tagħhom.
Il-Partit Nazzjonalista jtenni s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-familja tal-għażiż Karl Gouder u mill-ġdid iħeġġeġ lin-nies ta’ rieda tajba li għandhom informazzjoni relevanti sabiex jgħadduha direttament lill-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta.
Il-PN mhux se jħalli lil Robert Abela juża mewta traġika biex jipprova jiddevja l-attenzjoni mill-ħniżrijiet tal-Gvern tiegħu.
//= $special ?>

